Impieg xieraq

Meta nitkellmu fuq impieg xieraq m’għandniex nifhmu biss li wieħed jew waħda jkunu jaħdmu f’xogħol li ma jbaxxihomx bħala bnedmin. Nifhmu wkoll li l-kundizzjonijiet li fihom dawn jidħlu f’kuntratt kummerċjali ma’ ħaddieħor għal tul ta’ żmien ikunu dennji u ġusti. Moralità minsija Tabilħaqq, jeżistu nies—u jistgħu ma jkunux ftit—li ma jarawx u ma jħossux li hemm rabta bejn li wieħed iħaddem lil ħaddieħor u l-moralità. Donnu għalihom kollox jgħodd. Imbasta ma jmorrux ħażin il-profitti tagħhom. Għaldaqstant jippruvaw jisfruttaw lil ħaddieħor u s-servizzi li jistgħu jagħtuhom mill-aħjar li jistgħu. Nies li għalihom m’hemmx rabta bejn l-impjegar ta’ ħaddieħor u l-moralità jipprovaw jiskappriċċaw il-liġi kemm jista’ jkun filwaqt li jisfruttaw id-dgħufijiet ta’ dawk li jħaddmu. Huma jafu sewwa kemm hi għalja l-ħajja (u, għalhekk, in-nies għandhom bżonn l-impjieg u l-flus) u jafu wkoll kemm is-suq hu kompetittiv. Dawn il-fatturi jqisuhom vantaġġi għalihom għax jagħmlu l-isfruttar ta’ ħ...