Il-moralità Brusselljana

L-Istat Malti jistħajjel li hu wieħed lajk (jew sekulari). Tabilħaqq, hemm diversi provedimenti (sustantivi) fil-liġi li jikkonfermaw li hu hekk. Iżda l-amministrazzjoni governattiva tidher li qiegħda tilgħab mal-prinċipji li jagħmlu lill-Istat Malti wieħed lajk. Firda bejn Knisja u Stat Meta ngħidu ‘Stat lajk’ ħafna drabi nifhmu, fost affarijiet oħra, li f’Malta u Għawdex effettivament saret is-separazzjoni bejn Stat politiku u Knisja (Kattolika). Fil-prattika dan ifisser bosta affarijiet, fosthom li l-Istat iħaddan il-libertà reliġjuża, li m’għandux reliġjon statali, li ma jagħtix privileġġi jew sussidji statali li xi reliġjon, li jċaħħad li xi reliġjon milli jindaħlu fi ħwejjeġ tal-Istat, li ma jħallix li istituzzjoni governattivi jintużaw minn xi reliġjon, li ma jħallix li xi reliġjon tikkontrolla l-gvern jew teżerċitaw setgħa politika, li jillibera s-sistema legali mill-kontroll reliġjuż, li ma jħallix xi reliġjon taħkem is-sistema edukattiva jew il-kurrikulu edukattiv, li m...