L-għażż demokratiku

Il-valuri ta’ komunità demokratika ma jiġux mgħallma imma mgħajxa. Ftit li xejn f’Malta u Għawdex hawn ċittadini li tabilħaqq għexu f’demokrazija. Jekk xi ħadd għadu jaħseb li bħalissa qegħdin ngħixu f’soċjetà demokratika huwa jew diżilluż jew ma jafx x’inhi demokrazija. Aktarx, fil-fatt, għandu mit-tnejn. Din li ngħixu fiha mhijiex soċjetà demokratika. Għax, għalkemm fuq il-karta tidher hekk, fil-prattika ftit li xejn hija dak li tgħid li hi. Evidentement, hija soċjetà li tfaħħar ħafna d-demokrazija. Imma mbagħad, fl-istess waqt, hija soċjetà li temmen f’ħafna għamliet ta’ vjolenza, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika, kemm b’mod espliċitu u kemm impliċitament. Hija soċjetà li tagħti setgħat bla qies (u bosta drabi immunabbli) lill-gvern. Hija soċjetà li tistrieħ fuq il-qawwa tal-pulizija u s-servizzi sigrieti tagħha. Hija soċjetà fejn iċ-ċittadin m’għandux setgħa effettiva, imma biss deputata u rappreżentattiva. Hija soċjetà li fiha ċ-ċittadin jinsab f’taqtiegħa għall-flus u għa...