Id-distribuzzjoni tal-ġid

Xi ġimgħatejn ilu ġejt mistieden nieħu sehem f’programm dirett fuq Net TV li ffoka fuq il-faqar u l-għoli tal-ħajja. Xi jiem wara deher rapport ta’ Robert Cremona f’In-Nazzjon li kkwota xi kummenti minn dak li kont għedt. Hawnhekk xtaqt inkompli ftit aktar l-argument li għamilt fil-programm għax inħoss li s-suġġett kien wieħed xieraq u jistħoqqlu aktar attenzjoni. Il-faxxi t’isfel tal-poplu Ir-rapport li deher fil-gazzetta kkwotani tajjeb u r-rapportaġġ kien fidil għal dak li nstema’ fil-programm tal-televiżjoni. Il-programm kien wieħed ippreżentat tajjeb u anki fil-biċċa l-kbira tiegħu bilanċjat. Miegħi fid-diskussjoni kien hemm Gejtu Vella u, mill-RTK, Jes Saliba. Magħna kien hemm ċertu persuna li offriet l-esperjenza tagħha. Fost affarijiet oħra, fil-gazzetta jien ġejt ikkwotajt li għedt li “l-prezzijiet tal-affarijiet li nixtru żdiedu, iżda l-pagi u l-pensjonijiet ma żdidux bl-istess mod. Aħna nirreferu ħafna għall-ġid nazzjonali. Imma meta tiġi għall-faxxi t’isfel, it-tkab...