Ħut fil-baħar

L-aħħar ġimgħa ta’ kampanja elettorali qasira u intenza hija aktarx l-aktar waħda importanti. Min s’issa ma semgħax, jisma’ xi ftit. Min s’issa la kien l-hemm u lanqas l-hawn, ixaqleb. Min s’issa ma ried jaf b’xejn, jaħsibha darbtejn. Din hija l-ġimgħa kruċjali meta l-istorbju jeqliel. Kulmin nhar is-Sibt se jersaq lejn il-kaxxa tal-vot se jkun qed jixtri l-ħut fil-baħar. Il-kwistjoni kollha issa hija: min hu l-aħjar sajjied? L-esperjenza li tgħodd Kull elezzjoni ġenerali, f’pajjiżna daqskemm f’ta’ ħaddieħor, xi ftit jew wisq hija fuq il-ħut fil-baħar. Kull partit jagħmel il-wegħdiet tiegħu lill-elettorat, imbagħad hu għall-elettorat jemminhomx jew le. Hija kollha kwistjoni ta’ fiduċja f’min jagħmel il-wegħdiet, huwiex ta’ min jafdah bil-kelma li jagħti. F’din l-elezzjoni ġenerali, il-wegħdiet qed isiru minn sajjied li għandu l-esperjenza u ieħor li m’għandux. Dan, waħdu waħdu, aktarx mhuwiex biżżejjed biex issir ġudizzju minnhom. Erba’ snin ilu wkoll kellna sajjied li ma kienx...