It-talent naturali

Is-sajf hu wieħed mill-aktar żminijiet xierqa biex jintwera t-talent tal-persuni. Imma meta ngħid hekk, aktarx mill-ewwel bniedem jaħseb f’performazzjonijiet artistiċi li jittellgħu għal ħaddieħor wara xhur u snin ta’ taħriġ. Dak li hu diffiċli li jsir mill-ħafna jidher hekk ħafif għal xi wħud. Dan mhux neċessarjament talent. Huwa taħriġ. Huwa sengħa. It-talent awtentiku juri l-ħila. Naturali Id-differenza bejn is-sengħa u l-ħila xi wħud jarawha żejda jew ukoll mistħajla. Għalihom huma l-istess ħaġa. Jien narahom differenti u d-differenza ta’ bejniethom hija waħda essenzjali. Għax is-sengħa tiksibha bit-tagħlim, filwaqt li l-ħila titwieled biha. Kull min għandu l-ħila għal xi ħaġa jista’ jikseb ukoll is-sengħa tagħha, imma kull min għandu s-sengħa ta’ xi ħaġa mhux neċessarjment għandu l-ħila tagħha. Is-sengħa tista’ tissimula ħafna. Bniedem jista’ jitgħallem biex jagħmel ħafna affarijiet straordinarji. Bħall-pappagalli li jitkellmu, ngħidu aħna, jew xi annimal ieħor li tgħallem...