L-Air Malta ta’ darba

Il-problema tal-Air Malta donnha dejjem ittella’ mill-qiegħ akkużi ta’ min hu tabilħaqq il-ħtija li l-linja nazzjonali tagħna tal-ajru spiċċat fi stat ta’ problema hekk gravi. Ovvjament, l-akkużi ma jservu għal xejn għajr biex isaħħnu l-irjus. Dan jagħmel is-soluzzjonijiet għall-problema aktar diffiċli għax, flok ma nfittxu l-ġid li jagħmel tajjeb għal kulħadd, ninfexxew f’battibekki politiċi li jkomplu jżidu mal-problema. Kumpanija ta’ ġieħ L-Air Malta hi aktar minn sempliċiment linja tal-ajru. Hemm relazzjonijiet sentimentali marbutin magħha. Min għadu jiftakar jaf tajjeb x’jum ta’ ġieħ kbir kien għan-nazzjon Malti l-31 ta’ Marzu tal-1974 meta l-Air Malta ġiet inawgurata. Qabbli jiftakar ukoll meta, fil-21 ta’ Marzu ta’ sena qabel, Mintoff fil-parlament tkellem b’mod tant elokwenti fit-tħabbira tal-Air Malta u fl-approvazzjoni tal-att għat-twaqqif tal-kumpanija tagħha. Aktar minn hekk, jiftakar, aktarx b’nostalġija, bit-tkabbir, ftit ftit, li minn sena għal sena bdiet tagħmel...