Il-ġimgħa tad-destin

Il-Gran Brittanja (GB) waslet fil-ġimgħa tad-destin tagħha fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħha mal-Unjoni Ewropeja (UE). Wara snin ta’ inċertezza fuq dar-relazzjonijiet, issa waslet id-daqqa finali ... li, wara kollox, aktarx ma tkun id-daqqa finali xejn. Għax il-parlament Brittanniku jrid jerġa’ jingħata aktar żmien mill-UE biex jilħaq jaqbel fuq ftehim mal-UE li hu aċċettabbli għall-GB. Diskussjonijiet interminabbli Għal min bħali segwa l-aħbarijiet mill-parlament Brittanniku tul il-ġimgħa li għaddiet, ma setax ma jistagħġibx jew forsi jammirx bil-mod kif il-membri ta’ dal-parlament jagħmlu l-affarijiet. It-tul tad-deliberazzjonijiet tagħhom, ukoll meta dat-tul joħloq problemi governattivi jew politiċi, ma jinkwetahom xejn. Huma jieħdu l-ħin tagħhom u, jekk dan ma jwassalx, imorru għall-ħin barrani – darba, darbtejn, tliet darbiet u aktar. Id-diskussjoni, però, ma tiqafx. Mhux biss, imma d-diskussjoni tibqa’ tidħol f’dettalji u rquqijiet impressjonanti li, fl-aħħar mill-aħħ...