Imdendlin bit-tama

Tmiem is-sena ġie fuqna u sabna mdendlin. Jirrifletti l-esperjenza li kellna tul is-sena li qed tagħlaq? Jista’ jkun. Anzi, aktarx iva. Kienet sena li, fost il-ħafna ħwejjeġ sbieħ u pożittivi li kellha, ġabet magħha wkoll affarijiet koroh u saħansitra ta’ dwejjaq. Kollox juri, però, li s-sena d-dieħla m’għandhiex tkun bħalha. Anzi, aktarx ma tkun bħalha xejn. It-tama mhijiex mejta żgur. Sena sfortunata Prattikament, qed nispiċċaw is-sena bi Prim Ministru li se jtemm is-servizz tiegħu f’dan l-uffiċċju fi ftit jiem. L-istess bħala kap tal-Partit Laburista. Politikament, aktar imdendlin minn hekk ma naħsibx li nistgħu nkunu. Is-sitwazzjoni ġie deskritta bħala waħda “mhux normali”, u ċertament m’hijiex. Min ġenwinament u min mhux ġenwinament, f’Malta u Għawdex tul is-sena li spiċċat ħassewhom imqanqlin għal xi wħud minn dawk iċ-ċirkustanzi li wasslu għal dan l-istat “mhux normali”. Dan ngħidu kemm għaċ-ċittadini ta’ dal-pajjiż imma wkoll għal-Laburisti b’mod partikulari. Imqanqlin,...