Soċjaliżmu mingħajr qrun

L-annimali li għandhom qrun, is-saħħa tagħhom tinsab fi qrunhom. Dawn jużaw qrunhom bħala arma tal-waħx. Jużawh bħal ponta ta’ lanza, bħal xafra ta’ xabla, bħal bajunetta t’azzarin, bħal raġġ laser. Annimali bħal dawn jikkonċentraw saħħithom kollha fi qrunhom u bih jissieltu biex jirbħu. Simbolu ta’ qawwa Mhux ta’ b’xejn li, fl-eqdem letteraturi tad-dinja, il-qarn dejjem issibu bħala simbolu ta’ qawwa u saħħa. Annimali li m’għandhomx qrun, imma minflok jużaw diffrejhom, snienhom, munqarhom, il-qorriegħa u x’naf jien, ma jagħmlu xejn kontra l-ħila ta’ qrun. Meta tagħraf li dan hu magħmul biss minn xagħar magħfus flimkien, għandek mnejn tistagħġeb x’saħħa bla qies tinsab f’għaqda bħal din. Ridt insemmi dit-tixbiha hawnhekk mhux tant biex infaħħar l-annimali għal qrunhom, imma aktar biex nitħassar ’il dawk li tilfuh. M’hemmx dehra aktar patetika minn xi barri bla qies li tilef qrunu. B’għajnejh miksurin ma jagħmel arja ma’ ħadd u xejn għax jaf li saħħtu hi mitmuma, bħal meta ’l Sa...