Il-fanatiżmu reliġjuż

Il-fanatiżmu reliġjuż mhuwiex reliġjon; wisq anqas spiritwalità. Bil-kontra, hu perverżjoni tar-reliġjon. Hawn ħafna fanatiċi reliġjużi fil-Gżejjer Maltin li jippożaw ta’ reliġjużi. Dawn huma parodija tar-reliġjon u l-Knisja. Il-fanatiżmu reliġjuż ħsara biss jagħmel; qatt ġid. Sinjali ta’ saħħa Is-saħħa ta’ Knisja tingħaraf mis-sinjali ta’ qdusija fi ħdanha. Hawnhekk mhuwiex il-lok fejn nidħol f’dettall ta’ x’inhuma das-sinjali. Ngħid biss li, meta jkunu ġenwini, jagħtu xhieda tal-għaqda u l-qrubija tal-erwieħ mad-divin. Huwa biss f’dawn is-sinjali, u f’ebda manifestazzjoni oħra reliġjuża, li Knisja jew komunità lokali tingħaraf għal dak li hi. Dawn is-sinjali huma rari fil-Knisja tal-Gżejjer Maltin. Ma ngħidx li ma jeżistu xejn; għax irrid inkun preżuntuż biex ngħid hekk. Imma ftit rajt minnhom, jekk irrid inkun onest. Minflok, rajt u nibqa’ nara ħafna romantiċiżmu, ħafna sentimentaliżmu, ħafna reliġjożità, ħafna moraliżmu, ħafna spiritwaliżmu, u wkoll ħafna fanatiċiżmu ... imma...