Tinsiex lil ta’ ġewwa

Ħafna nies jgħidu li għandhom karità u ħniena għad-dinja kollha, imbagħad jinsew lin-nies ta’ ġewwa darhom. Il-karità u l-ħniena, jekk ma jibdewx b’dawk li huma l-aktar qrib tiegħek, jew, agħar minn hekk, jekk jaqbżu u jevitaw lil dawk li huma l-aktar qrib tiegħek u dawk li jgħixu miegħek f’darek, allura juru fid-dieher kemm huma vojta, foloz u morda. L-abbuż komuni L- imħabba u l-ħniena huma s-sentimenti li l-aktar li jagħżlu lill-bniedem mill-bqija tal-ħolqien. Dawn huma stati psikoloġiċi u emozzjonali li jagħmlu lill-bniedem ’il fuq min-natura. Xi wħud jgħidu li b’dawn jipperfezzjona n-natura. Għandu mnejn. Żgur li bihom kull bniedem juri x’inhu, huwiex miftuħ lejn l-oħrajn jew magħluq fih innifsu. Minkejja li huma l-aktar virtuwijiet sbieħ, l-imħabba u l-ħniena minn dejjem kienu l-aktar abbużati fl-istorja tal-bniedem. Għax f’isem l-imħabba u l-ħniena saru attroċitajiet bla qies. Il-bniedem li jaf jilagħbha li jħobb jew li hu ħanin għandu l-ħila jdaħħal lill-oħrajn fil-but u ...