Posts

L-ahbarijiet li nircievu

Huwa kwazi naturali li, f’dan iz-zmien ta’ kampanja elettorali, nistennew li l-ahbarijiet li nircievu jkunu “mbaghbsa”; dik li bl-Ingliz isejhulhom “doctored news” . Imma din il-haga fil-fatt ma tigrix biss f’dan iz-zmien partikulari u specjali. Tigri s-sena kollha. Is-snin kollha. L-oggettività ma tidhirx li hi wahda mill-eghzez valuri ta’ xi whud mill-kittieba (gurnalistici u mhux) Maltin. Kittieba b’missjoni Il-gazzetti popolari huma aktarx l-aktar mezz letterarju li jigi f’idejna. Ma’ dawn nista’ nzid ukoll, forsi fit-tieni post, il-hafna fuljetti tal-parrocci u ta’ bosta ghaqdiet religjuzi. Fl-ahharnett, ghalkemm bil-wisq aktar lura fl-istatistika, jista’ jkun hemm ukoll dawk il-kotba ippubblikati f’Malta jew Ghawdex – specjalment ta’ natura storika jew politika – li jinxtraw minn ftit mijiet ta’ nies. Il-bicca l-kbira ta’ l-awturi ta’ dan il-materjal stampat kollu hija maghmula minn “nies b’missjoni”. B’dan irrid infisser li huma nies mixtrija (jew mikrija); li l-pinna tagh...

Il-voluntarjat Malti

F’dawn il-granet ta’ kampanja elettorali, wiehed jara hafna voluntiera li jaghtu hinhom u hafna aktar ghall-partit li jhossu qrib tas-sentimenti u l-ideali taghhom. Hafna minnhom ma jahdmux f’dawn il-gimghat biss, imma tul is-sena kollha u ghal hafna snin. Naturalment, il-hidma taghhom hija aktarx bicca zghira minn dik li eluf ta’ voluntarji jaghmlu f’Malta u Ghawdex il-hin kollu f’impenn kbir. Hija hidma politika, socjali, religjuza, filantropika, artistika, kulturali ... li hafna drabi ma tigix apprezzata bizzejjed. Ghajnuna governattiva L-Erbgha li ghaddew, saret attività ckejkna fil-Kavallier ta’ San Gakbu, il-Belt, li fiha attendew rapprezentanti ta’ hafna ghaqdiet voluntarji fil-qasam socjali. F’din l-okkazjoni, ghal fi snin l-imghoddija, il-Ministru ghall-Familja u l-Politika Socjali, Dolores Cristina, qassmet ghajnuniet finanzjarji sinifikanti lil dawn l-ghaqdiet. Ghall-attività attenda wkoll il-Kummissarju ghall-Ghaqdiet Voluntarji, il-Professur Kenneth Wain. Din l-attiv...

Ghal Alla kollox possibbli

Din is-sentenza hija mill-Iskrittura Mqaddsa. Tinghad mill-arkanglu Gabriel lil Marija fit-thabbira tal-Mulej. “Ghax ghal Alla kollox possibbli”. Kollox. L-istess kliem intuza minn Sarkozy fi Franza u issa qed jintuza fuq kartelluni ma’ kullimkien fostna. Possibbli kollox? Hekk qed jigi mwieghed. Imma dan possibbli? Possibbli kollox possibbli? Dan l-istess kliem ifakkarni f’laqgha li kont attendejt snin ilu. Fiha kien qed jiehu sehem Oliver Friggieri. Jidhirli t-tema tal-laqgha kienet fuq il-paci fid-dinja, xi haga hekk. Qabel Friggieri inzertat kienet tkellmet wahda li ghamlet diskors imqanqal fuq il-paci u spiccat bil-kliem: “Ghal Alla kollox possibbli!” Immedjatament warajha tkellem Oliver Friggieri u, bil-kalma kollha, beda d-diskors tieghu hekk: “Ghal Alla kollox possibbli. Il-bniedem mhux Alla. Mela ghall-bniedem mhux kollox possibbli”! Il-logika impekkabbli tieghu sikktet lil kulhadd. Kellu ragun. Trid tkun prezuntuz mill-kbar biex tghid li ghall-bniedem – jew ghal xi bn...

Clinton jew Obama?

Kemm hi affaxxinanti l-kampanja elettorali Amerikana. Tassew li l-Amerikani ghandhom sistema ikkomplikata ta’ elezzjonijiet li difficli li wiehed jifhimha ghal kollox kif gieb u lahaq, imma l-ghazla wiesgha u l-multiplicità ta’ oppzjonijiet li jinghata l-poplu Amerikan f’din il-kampanja hija impressjonanti. Bla dubju, kemm il-materja ta’ l-ghazla u kemm il-forma ta’ kif din l-ghazla ssir huma denji ta’ demokrazija kbira u pajjiz f’livell gholi hafna ta’ zvilupp. Nominazzjoni Demokratika L-aktar li jinteressa lili f’din il-kampanja li se ttella’ (fost ohrajn) il-president il-gdid ta’ l-2009 huwa l-process ghall-ghazla tal-kandidat presidenzjali tal-Partit Demokratiku (jigifieri l-partit liberali, jew xellugi, Amerikan). Tlieta jidhru li huma l-kontestanti ewlenin: Hillary Clinton, Barak Obama u Edwards. L-ahhar wiehed aktarx dalwaqt ikollu jhalli t-tellieqa – ghax voti mhux qed igib bizzejjed mill-istati individwali. It-tnejn l-ohra s’issa qed jigru ras imb’ras. Hillary Clinton bd...

L-istess maskri blu

Huwa zmien il-kontijiet. Minghajr ma jrid, wiehed jibda jaghmel is-somom – izid u jnaqqas – halli jara jekk fl-ahhar mill-ahhar fejn jinsab; x’kellu wiehed johrog u x’irnexxielu jdahhal; ghamilx qliegh jew ghamilx telf. Hu zmien il-kontijiet ghax kull elezzjoni generali hija stedina ghal ezaminazzjoni xierqa. Dan hu d-dmir tac-cittadini. Ghax skond il-kont, hekk il-vot. Klijentilizmu Hu x’inhu l-lewn politiku ta’ cittadin, wiehed jiehu gost jara pajjizu jiffunzjona. F’dan l-ispeci ta’ pajjiz, hija hasra li l-politika partiggjana tgharraq kollox. M’hijiex konvinzjoni stupida ghall-ahhar dik li ssostni li l-gzejjer Maltin ma jistghu iffunzjonaw qatt. Ghax il-politika partiggjana ggib il-klijentalizmu; u dan jimpedixxi milli s-sistema ta’ servizz jahdmu sew jew b’mod xieraq. Forsi dan hu wiehed mill-aghar gheltijiet li wiehed jista’ jsib fil-kont li jrid jaghmel f’dawn il-gimghat li gejjin: l-ghelt tal-klijentilizmu; jigifieri l-ghelt ta’ xi nies li, unikament ghax huma blu, baqgh...

Il-loghba gudizzjarja

AHMED ABUBAKER, Somali ta’ 19-il sena, bin-numru ta’ l-immigrazzjoni 04F002, ilu l-habs ghaxar xhur. Il-kaz tieghu ghadu fi stat ta’ kompilazzjoni. Bhal hafna injorati ohrajn, huwa maqbud f’loghba gudizzjarja li tidher bla ras, bla denb u, fuq kollox, bla tmiem. Hija l-loghba li jilaghbu kuljum il-pulizija, l-avukati u l-gudikatura. Hija loghba bil-hajja tan-nies u bid-drittijiet umani li dan l-ispeci ta’ pajjiz jghid li jiddefendi. Stqarrijiet dubjuzi F’nofs Marzu tas-sena li ghaddiet, kwazi sena ilu, il-pulizija akkuzat lil Abubaker li, fost hwejjeg ohra, kien stupra tfajla. Dan minkejja l-fatt li kellu katater mwahhla ma’ gismu, jigifieri (skuzani l-precizazzjoni) kellu pajp ta’ l-urina hiereg minn ras il-parti tieghu. Hekk hu, il-pulizija akkuzat guvni b’pajp hiereg mill-parti tieghu ghal go borza b’stupru ta’ mara! Ma tridx wisq immaginazzjoni biex tikkonkludi reat bhal dan huwiex possibbli. L-akkuza tidher li saret fuq il-bazi ta’ zewg stqarrijiet moghtija lill-pulizija f’ci...

Vergonja ghall-qrati Maltin!

It-Tlieta li ghaddew, wiehed mill-ghorrief magistrati tal-venerabbli qrati ta’ Malta xehet il-habs tifla ta’ 13-il sena! Le, ma qatlet lil hadd; ma ghamlet ebda hold-up; ma dahlet fid-dar ta’ hadd. Kellha glieda bl-idejn ma’ shabha l-Belt. Temminha din? Daqshekk huma ta’ l-affari taghhom il-qrati li jilaghbuha ta’ difensuri tac-civiltà taghna. X’vergonja! Zball kbir u serju Ghalkemm ir-responsabbiltà kriminali f’Malta hija ta’ 9 snin, hija l-prattika normali li hadd bl-età ta’ anqas minn 16-il sena ma jintbaghat il-habs. Wahda mir-ragunijiet ewlenin hija li l-habs mhuwiex post it-tfal. Mill-habs it-tfal ma jistghu jiehdu xejn hlief hwejjeg hziena. Sat-Tlieta li ghaddew konna tal-fehma li, fis-sapjenza infinita taghhom, il-qrati Maltin dan jifhmuh, imma issa nafu li konna zbaljati. Jafu biss ihammrulna wiccna. Naturalment, il-magistrat gharef li ghamel din il-buzullotta kapaci johrog b’hafna spjegazzjonijiet ghala xehet tifla ckejkna ta’ 13-il sena l-habs. L-ispjegazzjonijiet tieg...