Posts

Ir-rebbiegha mhux zmien il-qtil

Kont fil-kampanja u smajt it-tiri tal-kaccaturi. Kont Ghawdex u smajt it-tiri tal-kaccaturi wkoll. Qrajt il-gazzetta u qrajt li tal-Birdlife gew attakkati minn xi kaccaturi. U dan fir-rebbiegha. Zmien li mhuwiex tal-qtil. Hemm xi zmien, nistaqsi jien, meta hu tajjeb ghall-qtil? Hemm xi qtil li jista’ jkollu zmienu? Regoli ta’ konvivenza Jien kontra l-kacca bi principju, partikularment meta ssir ghall-gost u l-kappricc u mhux ghall-ghajxien; u specjalment meta ssir fuq proprjetà pubblika. Hemm kacca – bhal dik tal-hut – li ssir ghall-ghajxien. Sakemm din tkun fil-limiti gusti taghha – jigifieri ma ssirx b’mezzi ta’ distruzzjoni indiskriminata jew kontra speci fil-periku ta’ l-estinzjoni – din wiehed ikollu jaccettaha, anki jekk kontra qalbu. Hemm ukoll il-qtil ta’ annimali li jkunu proprjetà privata, jigifieri jkunu jappartjienu lil xi sid li jrabbi l-annimali ghall-konsum ta’ l-ikel. Din ukoll, sakemm izzomm il-limiti gusti taghha – jigifieri ma tohloqx tbatija ghall-annimali fl-...

Is-sengha tas-serenità

Fost il-bosta impressjonijiet qawwijin li ghandni, tnejn li huma b’xi mod marbutin mal-kommunikazzjoni f’Malta wehhlu go mohhi minghajr ma jistghu jinqalghu b’xejn. Wahda hi li donnu hadd ma jisma’ lil hadd (dak li bosta drabi sejjaht id-‘djalogu tat-torox’); u t-tieni hi li donnu l-bicca l-kbira — biex ma nghidx kollha — ta’ dawk li jghidu jew jiktbu hafna diskors fil-fatt mhuma qed jghidu xejn. Espressjonijiet Biex infisser ruhi ahjar, qabel xejn irrid nghid ezatt x’nifhem meta nghid li persuna ‘tisma’. Mhijiex xi riflessjoni profonda meta nsostni li, altru bniedem FIZIKAMENT JISMA’ l-hsejjes ta’ lehen haddiehor, jew, jekk qed jaqra, jaghraf il-hzuz ta’ kitbet haddiehor; u altru bniedem JAGHTI WIDEN ghal dak li jkun qed jisma’ jew jaqra. Minkejja dan, donnu hafna jinjoraw din id-differenza u jqisu li l-ewwel attività necessarjament timplika t-tieni wahda meta dan mhux dejjem il-kaz. Filwaqt li t-tieni attività ma tistax issir minghajr l-ewwel wahda, l-ewwel wahda tista’ perfett...

Min jidra u min jaccetta

Inzertajt zewg nisa qeghdin jitkellmu dwar l-ewro u l-bidla tieghu mil-lira Maltija. Bhal hafna ohrajn, kienu mhassbin jekk jidrawx il-munita l-gdida jew le. Wahda minnhom qalet li iva; l-ohra qalet li ma tafx. It-tnejn qablu li, iridu jew ma jridux, ikollhom jaccettawha bil-fors. Jien ma’ dan ma qbiltx. Qatt ma taccetta xejn bil-fors. Tidrah bil-fors, iva; imma taccettah, le. Taccetta jekk trid. Il-bniedem li jderri Il-bniedem jidra kollox. Mill-aghar affarijiet sa l-ahjar. M’hemm xejn — assolutaemnt xejn — li l-bniedem mhux kapaci jidra. Sa l-akbar hruxijiet. Sa l-aghar kattiverji ta’ haddiehor. Sa l-eqlel mard. Sa l-aktar kundizzjonijiet koroh tal-hajja. Sa l-aktar nuqqasijiet difficli. Kapaci jidrahom u anki jghix bihom ghal hafna snin, jekk mhux ghal dejjem. Ahna nadattaw irwiehna ghal dak li, irridu jew ma rridux, jigi ma’ wiccna fil-hajja. Fil-fasla tal-hlejjaq hajjin, l-adattament huwa s-sigriet suprem tas-sopravivenza. Mhux biss tal-gens uman, imma ta’ kull hlieqa hajja ...

Wara l-habs ... bahh!

Nhar il-Hamis, 10 ta’ April, se ssir konferenza interessanti li ghaliha int mistieden jew mistiedna wkoll. Din se tkun dwar dak li jghaddu minnu l-eks-prigunieri, jigifieri dawk li, wara l-habs, isibu ma’ wicchom socjetà li donnha ma tinsiex, ma tahfirx u ma tilqaghhomx. Int parti minn din is-socjetà! Il-konferenza se ssir f’St James Cavalier, Valletta, bejn is-6.30 u d-9.30 ta’ filghaxija. It-tema ewlenija hi – L-Eks-Prigunieri: Ittimbrat ghal Dejjem!? Kelliema esperti Fil-konferenza se jitkellmu ghadd ta’ esperti fil-qasam. Eks-prigunieri se jaqsmu l-esperjenzi taghhom tal-hajja wara l-habs. Id-direttur tal-habs, is-Supretendent Sandro Gatt, se jitkellem dwar it-thejjija tal-prigunieri qabel il-hrug taghhom mill-habs. Charles Miceli, li hu l-kap tal-“Prison Inmates’ Programme” fic-centru riabilitattiv ta’ Sant’Anna, Bahar ic-Caghak, se jitkellem dwar il-harsien ta’ l-eks-prigunieri wara l-hrug mill-habs. Antoinette Camilleri, li hija “Employment Advisor” fis-“Supported Employme...

In-nifs tad-djalogu

Il-partigjanizmu u d-djalogu ma jmorrux flimkien. Wahda teskludi lill-ohra. Il-partigjanizmu jista’ ma jkunx biss politiku jew militari, imma wkoll religjuz. Kull partigjanizmu, hu ta’ liema ghamla hu, ixekkel l-elementi essenzjali li jaghmlu d-djalogu possibbli. Socjetà minghajr djalogu hi wahda stagnata u sterili. Partigjanizmu Hemm tliet tipi ewlenin ta’ partigjanizmu: politiku, militari u religjuz. It-tlieta ghandhom karatteristici komuni: l-ewwel, huwa mhaddan minn nies imsehbin f’xi grupp jew iehor; it-tieni, dan il-grupp ihaddan, mhux fehmiet, imma twemmin; u t-tielet, l-attitudni tal-grupp u l-membri tieghu hija esklussivista. L-ewwel karatteristika tiddefinixxi l-identità individwali u komuni tal-membri. Is-shubija taghhom fil-grupp taghtihom kuntest li fih jifhmu lilhom infushom, il-hajja taghhom u d-dinja ta’ madwarhom. It-tieni karatteristika turi li l-grupp u l-membri tieghu ma jhaddnux fehmiet li jistghu jigu diskussi u ddjalogati; imma jhaddnu biss twemmin, jigifie...

Il-prezz ta’ l-ambizzjoni

L-ambizzjoni mhijiex hazina fiha nnifisha. Hija hazina meta tkun dizordnata jew irrazzjonali. Imma kemm meta tkun xierqa u kemm meta ma tkunx, l-ambizzjoni titlob minna prezz, hafna drabi qares. Dan irridu nhallsuh dejjem. Nies bla ambizzjoni Il-bniedem bla ambizzjonijiet ta’ xejn hu patetiku. Il-filosfu kbir Grieg tat-tielet seklu qabel Kristu, Aristotli, isostni li bniedem b’nuqqas shih ta’ ambizzjoni ghandu l-hiliet morali tieghu difettuzi. L-istess bhal meta bniedem ikollu wisq ambizzjoni, jew ambizzjonijiet dizordnati jew irrazzjonali. Imma li bniedem ikollu ambizzjonijiet xierqa u moderati huwa sinjal tajjeb. Originarjament, il-kelma “ambizzjoni” gejja mil-Latin “ambire”, jigifieri “li toqghod iddur ’hawn u ’l hemm”, aktarx ghal xi skop partikulari. Minnha gejjin kliem bhal “ambjent”, “ambjanza”, “ambitu” u kliem bhal dawn. Il-kelma tindika certa motivazzjoni, li hija element fundamentali fil-psikologija u n-newropsikologija ta’ l-agir taghna l-bnedmin. Wiehed jista’ jifh...

Is-sahta tal-medjokrità

Fl-Iskrittura Mqaddsa hemm storja sabiha ta’ wahda mara li kienet giet akkuzata ingustament minn zewg imhallfin korrotti. Li kieku ma kienx ghal zaghzugh li ndahal biex jaghmilha ta’ avukat taghha, kienu jaqtghuhielha ghall-mewt. Minflok, il-mewt haduha z-zewg imhallfin. Dan kollu gara ghax iz-zaghzugh ma kellux sabar izomm postu, kif suppost. Ghazel li ma joqghodx kwiet. Ghazel li ma jkunx medjokri. Hu hekk li ghamel il-gid. Il-medjokrità hija wahda mis-sahtiet tad-dinja. L-istorja L-istorja tghid li z-zewg imhallfin korrotti riedu jaghtu fastidju lill-mara, li kienet mizzewga, imma hi ma taghthomx wicc. Ghalhekk qalghu l-qlajja li kienu rawha tizni ma’ guvni go gnien. Iz-zaghzugh li ghamel lilu nnifsu avukat tad-difiza uza metodu semplici hafna biex jikxef ix-xhieda falza taghhom Dan firidhom minn xulxin u staqsa lil kull wiehed minnhom x’sigra kienet dik li tahtha raw lill-mara tizni. Wiehed qal li s-sigra kienet ta’ l-akacja u l-iehor qal li kienet tal-ballut. B’hekk ma qablu...