Posts

Komplicità (2)

IT-TIENI PARTI Minbarra t-tifsir negattiv taghha, il-kelma ‘komplicità’ jista’ jkollha wkoll tifsir pozittiv ghani hafna. Dan it-tifsir jista’ jghinna sabiex niskopru xejriet tal-esperjenza umana li ghandhom il-hila jghinuna nsahhu relazzjonijiet ta’ shubija u ftehim. L-etimologija tal-kelma Etimologikament, il-kelma ‘komplicità’ gejja mill-kelma Latina ‘complicare’ , li tfisser ‘titwi flimkien’, bhal meta jkollok xi bicctejn drapp jew karta u tqeghidhom ezatt ma’ xulxin. Ghaldaqstant, minnha nnifisha, il-kelma timplika certu xebh u reciprocità ta’ haga ma’ ohra. Fuq il-lat uman, il-kelma bdiet tintuza ghal dak il-ftehim mill-qrib bejn il-persuni. Izda bhalma aktarx jigri dejjem fl-uzu tal-kliem, maz-zmien it-tifsira tal-kelma djieqet u bdiet tintuza, mhux ghal kull shubija u ftehim, imma ghal dik biss li ssir bejn persuni li jissiehbu flimkien biex iwettqu xi haga hazina. B’hekk, ftit ftit it-tifsir originali u generali tal-kelma ntilef u ntesa, u baqa’ biss dak idjeq u negatti...

Komplicità (1)

L-EWWEL PARTI Minn xi xhur ilu ’l hawn, bdejt naffaxxina ruhi (u anki, xi ftit jew wisq, nimtela kurzità) dwar kif, fit-tahdit ta’ bejnietna, siehbi Fra Gwann Xerri, dumnikan bhali, kien juza’ l-kelma ‘komplicità’. Ahna dejjem nuzaw din il-kelma b’mod negattiv; hu kien juzaha b’tifsira pozittiva. Waqaghli s-suspett li dan l-uzu mhux tas-soltu tal-kelma kien aktarx gej mill-esperjenza twila Latino-Amerikana li Fra Gwann kellu. U hekk kien. Izda l-interess tieghi fl-esplorazzjoni ta’ din il-kelma – jew, ahjar, ta’ dan il-kuncett – ma kienx biss ta’ natura kurzitarja jew superficjali. Hemm sustanza fl-uzu pozittiv ta’ din il-kelma sfortunata u kien dan li ridt nikseb. Tifsir legalistiku Meta ahna nghidu li xi hadd hu ‘komplici’ aktarx dejjem ghandna f’mohhna li hu msieheb f’xi delitt jew f’xi haga hazina. Naturalment, hu aktarx minn hawn li gej l-uzu esklussivament negattiv taghha, uzu li, bhal hafna kliem u kuncetti ohra li nhaddmu komunement fid-diskors taghna, jidher li hu mxekk...

Id-'dar' - Meditazzjoni

Kulhadd jixxennaq sabiex jasal id-‘dar’. Id-‘dar’ mhijiex post. Id-‘dar’ hija stat mentali u affettiv ta’ sliem u sigurtà. Kulhadd jixxennaq ghal dan l-istat – u jfittxu l-hin kollu – ghax ilkoll nixxenqu ghas-sliem u s-sigurtà ta’ mohhna u qalbna. Id-‘dar’ hija stat ta’ mistrieh. Li fih nieqfu nithabtu ghall-affermazzjoni taghna nfusna. Nieqfu nitqabdu ghall-protezzjoni taghna nfusna. Id-‘dar’ hija stat li fih jien nista’ nkun jien. Minghajr il-htiega li nistrieh aktar fuq il-gzuz ta’ sigurtajiet foloz li l-hajja kkonvincietni li ghandi nohloq f’hajti. Minghajr il-hemel ta’ dmirijiet u responsabbiltajiet artificjali li s-socjetà qaltli li ghandi. Minghajr il-vizibilju ta’ jeddijiet mahluqa li nemmen li nzomm. Minghajr ma nipprogetta aktar lili nnifsi, bi sforz qawwi, f’dak li nixtieq jew suppost inkun. Il-bicca l-kbira taghna jghixu bhallikieku fid-dinja huma barranin u ghorba. Mhux ghax mhumiex f’posthom. Imma ghax huma mbieghda minnhom infushom. Imbieghda mid-‘dar’ tal-mistrieh ...

Strutturi socjali

Minghajr ma rridu, ahna nghixu fi hdan strutturi socjali. Dan ifisser li s-socjetà taghna, bhal kull socjetà ohra, ghandha fasla determinata ta’ kif isiru u ma jsirux l-affarijiet. Xi ftit jew wisq, din il-fasla tiddetermina l-agir taghna bhala individwi. Fi kliem iehor, kwazi kwazi minghajr ma rridu jew anki minghajr ma nintebhu, din il-fasal socjali determinata tibdlilna l-personalitajiet individwali taghna sabiex inkunu naqblu ma dak li tkun trid minna. Fasliet ghal hsibijietna Hafna minna jiehdu din l-istruttura socjali bhala wahda ovvja. Ma jiddubitawhiex. Jisthajjlu li, la darba tezisti fil-forma li ghandna, allura hija xi ftit jew wisq tajba u wiehed irid joqghod ghaliha. Dan ifisser li jidraw ikunu kuntenti kif isiru u ma jsirux l-affarijiet; jidraw jaccettaw il-fasla ta’ madwarhom u anki l-personalitajiet li tohloq u li tehtieg sabiex tezisti. Din il-fasla socjali mhijiex maghmula biss minn kif inhuma organizzati l-istituzzjonijiet tas-socjetà, imma wkoll mill-mod kif ja...

Nies minsija

Image
Forsi l-Hadd li ghadda ftit ftakru, jew kienu jaf, li l-Gnus Maghquda fakkret Jum ir-Refugjati. F’pajjiz bhal taghna, fejn ilu hafna li ntesa li darba konna ahna wkoll maghkusa b’din it-tragedja, ir-refugjati u l-hemm taghhom huma sfortunatament boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb. Imma dan mhuwiex sewwa, ghax xi ftit jew wisq ilkoll kemm ahna ninsabu f’dghajsa wahda. Lista tal-wahx Il-lista li tidher hawnhekk giet moghtija mill-organizzazzjoni ghad-drittijiet umani Fortress Europe fl-14 ta’ Jannar tal-2010 (ara hawn ). Ghaldaqstant, ma taghti ebda numru ghal din is-sena li qeghdin fiha. F’din il-lista, jidhru biss dawk in-numri li huma rikonoxxuti ufficjalment . Ghaldaqstant, mhumiex statistici shah, ghax jeskludu lil dawn l-eluf ta’ nies li ma jigux rikonoxxuti mill-Gnus Maghquda bhala refugjati. Li kieku kienu jinkludu lil dawn in-nies ukoll, aktarx in-numri kollha kienu jkunu millanqas id-doppju jew it-tripplu. Skont il- Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda Ghall-Istat ta’ Refug...

L-istennija interminabbli ghall-Parowl

Wahda mir-riformi l-aktar mistennija fil-qasam tal-gustizzja kriminali u penali hija l-introduzzjoni tas-sistema tal-Parowl f’Malta. Din tkun l-aktar radikali f’dan il-qasam sa mir-riformi li kienu saru fl-1994. Minkejja li digà sar hafna xoghol ghal din l-introduzzjoni, jidher li l-mument taghha qieghed jigi rritardjat wisq u ghalxejn. Snin ta’ stennija Il-Gvern wieghed li jintroduci l-Parowl f’Malta fil-manifest elettorali tieghu tal-ahhar elezzjoni generali. Dr Karm Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, habbar l-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta f’Lulju ta’ sentejn ilu (2008). Imbaghad, seba’ xhur wara, fi Frar tal-2009, il-Ministru ippubblika ‘White Paper’ bil-hsieb ewlieni tal-introduzzjoni taghha. Seba’ xhur wara, f’Settembru tal-2009, hareg ir-Rapport tal-Kummissjoni li kienet hadmet fuq ir-reazzjonijiet ghall-‘White Paper’. Seba’ xhur ohra wara, f’April li ghadda, il-Ministru habbar li kien se jipprezenta fil-Parlament l-Abbozz ta’ Ligi dwar l-introduzzjoni...

Zmien ta' paci

Image
It-tragedja li sehhet il-gimgha li ghaddiet fl-ibhra internazzjonali bejn Cipru u Israel terga’, bhalma jaghmlu hafna okkazjonijiet imdemma ohra, tnissel fi qlubna x-xewqa qawwija ghall-paci dinjija u dejjiema. Ghall-grazzja t’Alla, pajjizna ilu ma jara gwerra mas-sebghin sena. Imma dan m’ghandux inessina f’dawk il-popli kollha li m’ghandhomx din l-istess xorti. Gwerer u mwiet Illum, hafna minna jhobbu jirreferu ghalih bhala ‘zmien ta’ paci’. Jekk taghti harsa lejn it-tabella li tidher hawnhekk, malajr tintebah li dan, fil-fatt, mhuwiex minnu. Bhalissa, f’kull kontintent tad-dinja, ghaddejjin millanqas tletin konflitt armat u mdemmi, xi whud minnhom ilhom sejrin mas-sittin sena. Dawn mhumiex xi battibekki zghar ’l hemm u ’l hawn. Huma konflitti li diga’ temmew il-hajja ta’ miljuni ta’ nies u ghadhom, dal-hin stess, qeghdin itemmu ghexieren ta’ eluf ohrajn. Forsi ghax xi whud minnhom ftit nisimghu dwarhom fl-ahbarijiet, u forsi wkoll ghax ftit jinteressana minn dak li ma jmissx li...