Posts

Is-sabih ilsien Malti

Image
Il-mibki Frans Sammut (1945-2011) Xi whud ma japprezzawx bizzejjed is-sabih ilsien Malti. Huwa gawhra li tant imdorrijin biha f’idejna jew fuq ilsienna li nsejna nagharfu fiha l-gmiel u s-siwi kbir li ghandha. Ilsienna ma jisthoqqx lil hafna minna, mhux biss ghax ma jharsuhx kif imiss, izda aktar u aktar ghax jaghzlu li jitkellmu hazin b’ilsien barranin milli tajjeb bil-Malti. Ilsien u nazzjonalità Ghal xi whud, l-ilsien Malti hu elm tan-nazzjonalità taghna. Jezistu hafna nazzjonijiet fid-dinja li m’ghandhomx ilsien taghhom. Dan wahdu juri li r-rabta bejn ilsien u nazzjonalità mhijiex wahda mehtiega. Minkejja dan, mhuwiex ta’ min jinsa li lsien nazzjonali jaghti siwi specjali lil poplu ghax iroddlu gieh u dinjità li ma jistax ikollu minghajru. Bosta nazzjonijiet, ghalkemm ghandhom ilsien jew ilsna taghhom, sabu lil xi whud mill-mexxejja taghhom jaghzlu li jithaddtu b’ilsien barrani, hafna drabi ta’ min kien jahkimhom qabel. L-ilsien li juzaw huwa minnu nnifsu elm qawwi tas-sot...

Il-Knisja sabiha ta’ Gesù

Image
Bhalma huma tlieta l-hwejjeg li fuqhom tistrieh il-fidi nisranija – jigifieri l-fidi, it-tama u l-imhabba – hekk ukoll tlieta huma l-hwejjeg li fuqhom tistrieh ir-religjon nisranija: il-fqar, il-prezz li hallas Gesù talli zamm mal-fqar, u l-mixi taghna wara Gesù fiz-zamma tieghu. Il-fqar Hafna tarahom jithawdu malli jisimghu din il-kelma “fqar”, bhallikieku kien isem abbuzat imwehhel ma’ kuncett astratt mislut minn manwal marxista qadim ta’ xi erba’ teologi tal-liberazzjoni. Ghalihom il-kuncett hu vag daqs l-gharfien taghhom ta’ min huma dawn in-nies li konkretament jiffurmaw il-kategorija tal-”fqar”. Donnhom qatt ma jistghu jsibu kif ipoggu subghajhom fuq il-ferita. Jghaggibna Gesù minn dan il-lat. Ghax jidher li ma kellu ebda problema bhal din. Donnu kellu f’mohhu car daqs il-kristall min kienu dawn in-nies, allavolja ma kienx marxista! Madanakollu, kien jaf tajjeb jiddistingwi l-klassijiet socjali. Kien jaf b’dawk li joholqu u jzommu s-sistema politika u ekonomika. Kien jaf b’...

Mument ta’ smigh

Image
Hekk kif ghadda r-rizultat tar-referendum, hafna qeghdin jikkummentaw fuq x’imissha u x’ma jmisshiex taghmel il-Knisja. Bosta minn dawn jitkellmu b’qalbhom f’idejhom ghax ihobbu l-Knisja u jixtiequ jarawha tirkupra mis-sitwazzjoni drammatika li tinsab fiha. Izda z-zmien ta’ issa, hekk storiku u fl-istess waqt hekk delikat, ma jitlobx minna li nithaddtu. Hu z-zmien li nisimghu. Alla qieghed ikellimna. Jehtieg li nieqfu u nisimghuh. Qalb li tisma’, jekk taf Kulmeta Gesù kellu ghalfejn jaghmel decizjoni importanti f’hajtu, dejjem twarrab u ngabar ghalih wahdu ghal hinijiet twal. Dawn kienu mumenti intensi ta’ smigh, hu li kien il- MESSAGGIER tal-Missier u fl-istess waqt il- MESSAGG innifsu. Il-missjoni tieghu kienet li jibdel id-dixxipli tieghu f’messaggiera bhalu. Izda huma ma kinux il-messagg. HU kien il-messagg. Gesù ghallimhom jisimghuh fl-ispirtu u l-verità. Ovvjament, ‘smigh’ m’ghandhiex tfisser li nhaddmu biss widnejna. Mhuwiex dwar hsejjes fizici li qeghdin nitkellmu. ‘Smigh...

Ghall-imhabba tal-Knisja

Image
Il-Knisja f’Malta u Ghawdex qed issofri. Dan hu l-mument li ahna l-Kattolici navdaw fil-qawwa ta’ Alla u fl-ghajnuna tas-Sema. Huwa l-mument li nkunu onesti maghna nfusna, fiducjuzi fil-grazzja divina u fidili fl-imhabba taghna lejn il-Knisja. Huwa anki l-mument li naghmlu l-qalb lill-Arcisqof taghna f’dan il-mument difficli. Aktarx li hadd mill-predecessuri tieghu f’dawn l-ahhar mitejn sena ma sab ruhu fis-sitwazzjoni iebsa li qieghed fiha hu, issa meta l-Knisja m’ghadhiex forza predominanti tal-pajjiz. Huwa l-mument meta navdaw fit-talb. Halli l-hniena t’Alla taghtina l-bzulija u l-ghaqal sabiex naraw it-triq li msejhin li naqbdu. Qeghdin nibdew kapitlu gdid fl-istorja tal-Knisja f’Malta u l-mument jitlob minna hafna umiltà u ghaqda. Strategija biss? Xi whud qeghdin jitfghu l-htija kollha tat-telfa drammatika li l-Knisja garrbet is-Sibt li ghadda ghall-istrategija wzata minnha waqt il-kampanja. Fil-bicca l-kbira taghha, l-istrategija kienet tassew tal-biki. U dan m’iniex qieg...

L-ghagna ta’ civiltà zaghzugha

Image
Dom Mintoff Il-grajja tal-izvilupp modern tac-civilizzazzjoni Maltija mhux dejjem hadet linja dritta. Kien hemm passi ’l quddiem, imma wkoll hafna passi lura. Gieli gew jiem krucjali meta l-mument kien jew ta’ qabza ’l quddiem jew ta’ xehta lura. Il-bierah - id-decizjoni għall-introduzzjoni tad-divorzju - kien jum bhal dawn. Bidu bla tmiem Fil-mument attwali tieghu, l-Istat Malti ghadu ma kisibx dik il-maturità politika u l-emancipazzjoni morali li jixraq lil zmienna. Minkejja s-separazzjoni tal-qawwiet tal-Istat (legislattivi, amministrattivi u gudizzjarji) u anki s-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, l-Istat Malti ghad ghandu sal-lum diversi elementi procedurali li ma jaghmluhx Stat sekulari jew lajk fil-veru sens tal-kelma. Filwaqt li s-socjetà Maltija hija sekulari, l-Istat Malti mhuwiex. Dak li jista’ jigi mistqarr b’certezza huwa li l-Istat Malti ghandu l-bidu tal-emancipazzjoni politika u morali tieghu, izda certament mhux it-tmiem jew it-twettiq. Jista’ jinghad ukol...

Id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor

Image
In-nisrani hu fid-dmir li jhares, jiddefendi u jippromwovi mhux biss id-drittijiet legittimi tieghu nnifsu imma wkoll id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor, anki meta ma jaqbilx maghhom. Minn hawn tintwera, ghall-anqas f’dan il-qasam, il-kobor tal-imhabba tieghu. In-nisrani ma jista’ qatt jghid li ma jinportahx jew m’ghandux x’jaqsam mal-harsien, id-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet ta’ haddiehor meta dawn ikunu legittimi u rispettuzi. Il-gid komuni Dan jorbot direttament mad-drittijiet tal-minoranzi fil-qafas tal-gid komuni. In-nisrani ma jista’ qatt jaccetta li dak li nsejhu “gid komuni” jkun biss ekwivalenti ghall-gid tal-maggoranza. Il-gid komuni mhuwiex maghmul biss mill-gid tal-maggoranza, imma mill-gid ta’ kulhadd: maggoranza u minoranzi. Li kieku ma kienx hekk, li kieku l-gid komuni kien biss dak tal-maggoranza, allura f’hafna pajjizi fejn l-insara huma minoranza, l-insara stess lanqas biss ikollhom id-dritt tal-libertà tal-kult. Mentri t-taghlim socjali tal-Knisja Ka...

Humiliating and shameful

Image
I have come about to write this article after much thought and prayer, and not without spiritual and psychological anguish, even at this very instant that I write. During the last few months leading to the referendum, as an official minister of the Catholic Church I have been involuntarily made part of things which, in conscience, I do not, can not and will not endorse. Various people have considered my forced uncharacteristic silence to be a sign of approval, and told me as such. This cannot be farther from the truth. I do not write this letter out of piety or to be melodramatic. Nor do I write it to state on which side of the wall I stand. I do it due to a deep sense of shame. For during the last few months I have been humiliated over and over again by the injudicious behaviour of the local Catholic Church in general and of some Catholics in particular. Their faults are also mine. By officially declaring that it would not take part in the campaign debates, the Catholic Church p...