Posts

L-Air Malta ta’ darba

Image
Il-problema tal-Air Malta donnha dejjem ittella’ mill-qiegħ akkużi ta’ min hu tabilħaqq il-ħtija li l-linja nazzjonali tagħna tal-ajru spiċċat fi stat ta’ problema hekk gravi. Ovvjament, l-akkużi ma jservu għal xejn għajr biex isaħħnu l-irjus. Dan jagħmel is-soluzzjonijiet għall-problema aktar diffiċli għax, flok ma nfittxu l-ġid li jagħmel tajjeb għal kulħadd, ninfexxew f’battibekki politiċi li jkomplu jżidu mal-problema. Kumpanija ta’ ġieħ L-Air Malta hi aktar minn sempliċiment linja tal-ajru. Hemm relazzjonijiet sentimentali marbutin magħha. Min għadu jiftakar jaf tajjeb x’jum ta’ ġieħ kbir kien għan-nazzjon Malti l-31 ta’ Marzu tal-1974 meta l-Air Malta ġiet inawgurata. Qabbli jiftakar ukoll meta, fil-21 ta’ Marzu ta’ sena qabel, Mintoff fil-parlament tkellem b’mod tant elokwenti fit-tħabbira tal-Air Malta u fl-approvazzjoni tal-att għat-twaqqif tal-kumpanija tagħha. Aktar minn hekk, jiftakar, aktarx b’nostalġija, bit-tkabbir, ftit ftit, li minn sena għal sena bdiet tagħmel...

Il-qawwa tan-natura

Image
L-urugan enormi tant distruttiv fl-Istati Uniti tal-Amerika jċekkinna. Aktar minn hekk, jurina kemm, bħala bnedmin, aħna żgħar quddiem il-qilla tal-qawwiet naturali. Ilmijiet, irjieħ, nirien, u kull element ieħor li jiġi għal fuqna b’furja devastanti jġibna kważi kważi fix-xejn. L-arja kollha tagħna tintemm. In-natura hi bħallikieku enerġija moħbija u paċenzjuża li, f’ħin bla waqt, meta l-anqas inkunu qed nistennew, tqajjem is-saħħa tagħha turina snienha. L-abbuż li nagħmlu minnha jdur għalina ... jekk mhux għada, pitgħada. Qerda sagrilega Fil-gżejjer Maltin donnu dan l-abbuż huwa fl-aqwa tiegħu. Il-ġerħat tal-qerda tal-wirt naturali tagħna jidhru kullimkien. Max-xtajtiet. Fir-raba’. Fl-ibħra ta’ madwarna. Mal-widien. Fix-xagħri. Kulfejn tħares tara l-id tal-qerda li, għall-flus u ħafna drabi għar-rgħiba, għamlet is-sinjal tagħha mingħajr ħniena, ħsieb jew imħabba. Dan hu dnub li ma jinħafirx. Il-qerda tal-ambjent naturali, li donnha issa saret il-mod normali ta’ kif nafu nirre...

Kwistjoni ta’ skruplu

Image
Naraha ħasra li sempliċi għażla ta’ kap ta’ partit għandha tispiċċa kwistjoni ta’ tant odju, tnassis u ħdura. Tassew, din hijiex l-ewwel darba li ġrat ħaġa bħal din, la f’Malta u lanqas barra. Madanakollu, xorta waħda jidhirli li, meta jiġri hekk, la jkun l-akbar ġid tal-partit li jkun qed jiġi mfittex u wisq anqas l-akbar ġid tan-nazzjon. Għażla sterili Fil-proċess għall-għażla tal-kap il-ġdid tiegħu, jidhirli li l-Partit Nazzjonalista kellu qabel kollox jagħmel analiżi serja ta’ x’tip ta’ partit irid ikun fis-snin li ġejjin fi ħdan iċ-ċirkustanzi kurrenti tal-pajjiż. Parti minn dan il-proċess kellu jkun, naħseb jien, għala l-partit tilef żewġ elezzjonijiet wara xulxin b’mod daqshekk spettakulari. Minflok, x’għamel il-partit f’dawn l-aħħar ġimgħat ta’ taħwid totali? Ħares lejn il-personalitajiet. Flok ra x’għandu bżonn il-partit jew x’għandu bżonn il-pajjiż jew in-nazzjon, qagħad iħares lejn l-uċuh tan-nies. Flok il-partit kollu ngħaqad qaqoċċa biex jara x’għamla ta’ partit he...

Min irid il-paċi?

Image
It-theddid kontinwu tan-Nord Korea kontra l-Ġappun għandu jħasseb lil kulħadd bħalma għandu jħasseb ir-rispons tal-pajjiżi l-qawwija tad-dinja għalih. L-attitudnijiet li wieħed jinnota huma aggressivi u ostili. Fil-fatt, min mod u min ieħor, kulħadd jhedded lil kulħadd. Dan filwaqt li kullħadd, jekk ma tridx, jitkellem fuq il-paċi u kemm irid il-paċi. Profitti Għandu mnejn nistgħu naħsbu li l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-pajjiżi, partikularment bejn dawk kbar jew b’saħħithom, għandhom l-iskop li jżommu l-paċi jew għall-anqas in-nuqqas tal-gwerra. Dan l-iskop ċertament jiġi mxandar minn fuq il-bjut, jew il-mikrofoni, qisu kien xi kantaliena li kulħadd jafha bl-amment. Madanakollu, wieħed jissusspetta li d-diskors fuq il-paċi għandu mnejn hu biss paraventu li jaħbi intenzjonijiet oħra. Wieħed ċertament m’għandux jinjora li l-gwerra ġġib il-qligħ għal xi wħud li, għalkemm ma jidhrux fil-beraħ jew jinstemgħu fl-aħbarijiet, ikollhom influwenza qawwija wara l-...

It-talent naturali

Image
Is-sajf hu wieħed mill-aktar żminijiet xierqa biex jintwera t-talent tal-persuni. Imma meta ngħid hekk, aktarx mill-ewwel bniedem jaħseb f’performazzjonijiet artistiċi li jittellgħu għal ħaddieħor wara xhur u snin ta’ taħriġ. Dak li hu diffiċli li jsir mill-ħafna jidher hekk ħafif għal xi wħud. Dan mhux neċessarjament talent. Huwa taħriġ. Huwa sengħa. It-talent awtentiku juri l-ħila. Naturali Id-differenza bejn is-sengħa u l-ħila xi wħud jarawha żejda jew ukoll mistħajla. Għalihom huma l-istess ħaġa. Jien narahom differenti u d-differenza ta’ bejniethom hija waħda essenzjali. Għax is-sengħa tiksibha bit-tagħlim, filwaqt li l-ħila titwieled biha. Kull min għandu l-ħila għal xi ħaġa jista’ jikseb ukoll is-sengħa tagħha, imma kull min għandu s-sengħa ta’ xi ħaġa mhux neċessarjment għandu l-ħila tagħha. Is-sengħa tista’ tissimula ħafna. Bniedem jista’ jitgħallem biex jagħmel ħafna affarijiet straordinarji. Bħall-pappagalli li jitkellmu, ngħidu aħna, jew xi annimal ieħor li tgħallem...

Xejn b'xejn

Image
Kulħadd sar jaf jitħallas. Donnu l-valur li xi ħadd jagħti xi ħaġa b’xejn, li jagħti mingħajr ma jaqla’ xi ħaġa materjali, bħallikieku ntesa. Il-gost tal-ġenerosità, is-siwi tagħha, bħal donnu ntilef. Ma’ kull ħaġa li tmiss, imqar l-anqas servizz li tingħata, jitolbuk prezz, ukoll jekk żgħir. Qligħ ieħor Qabel in-nies kienu jagħmlu pjaċiri l-ħin kollu mingħajr ebda ħlas. Lanqas kien jaqagħlhom f’rashom li jitolbuk il-ħlas. Kienu jagħmluhom minn qalbhom u l-gost tagħhom kien li jagħmluh b’xejn. Mhux għax l-affarijiet ma kinux jiswew. Imma għax donnu kellhom dan il-valur sabiħ li jiksbu l-gost mill-għotja nnifisha. Mhux minn xi prezz li jitolbu. Dan kien sinjal ta’ ġenerosità. Li bniedem ikun idejh miftuħa, li jkollu qalb kbira, għan-nies ta’ dari kienet xi ħaġa li tagħti sodisfazzjon. U bir-raġun. Għax il-ġenerosità hi waħda mill-aqwa valuri umani. Hi s-sinjal ċar li bniedem hu aktar miġbud lejn is-servizz u lejn is-siwi li jara ’l ħaddieħor kuntent milli lejn il-qligħ. Illum ...

Il-paga ta’ Neymar

Image
Għandha mnejn din hi waħda biss mill-indikazzjonijiet —waħda mill-iżgħar, fil-fatt—tal-assurditajiet li ngħixu llum fil-qasam finanzjarju dinji. Suppost, wieħed mill-prinċipji sagrosanti li jemmen fih il-kapitaliżmu huwa l-meritokrazija, fejn ix-xogħol iebes, is-sengħa u l-kwalifikazzjonijiet jiġu ppremjati. Allura kif wieħed fost ħafna li jilagħbu l-ballun fuq livell professjonali jdaħħal fil-ġimgħa daqs kemm jaqilgħu aktar minn, ngħidu aħna, 5,000 ruħ f’pajjiżna li qegħdin fuq il-paga minima? Pagi stellari Il-Brażiljan Neymar de Silva Santos, ta’ 25 sena (magħruf bħala Neymar)—li dan l-aħħar għadda jilgħab il-ballun minn mal-Klabb ta’ Barċellona, fi Spanja, għal dak ta’ Paris St-Germain, fi Franza—se jkun qed jaqla’ 865,000 ewro fil-ġimgħa (45 miljun ewro fis-sena). Din il-paga hi 740 darba akbar milli taqla’ l-President ta’ Malta fil-ġimgħa, u 480 darba akbar milli jaqla’ l-Prim Ministru ta’ Malta fl-istess żmien. Hija 135 darba akbar milli jaqla’ l-President Trump tal-Istati ...