Is-sejha socjali tal-Knisja Kattolika
Il-hajja tal-knisja ma tikkonsistix biss f’esperjenzi spiritwali. Dan kien ikun minnu li kieku kienet biss mixja ta’ fidi minn nies individwali. Imma l-knisja hija wkoll istituzzjoni ― kbira u kumplessa ― u dan ifisser li ghandha wkoll aspett politiku li jinfluwenzalha l-ezistenza u l-hajja taghha. Huwa dan l-aspett li jinteressana hawnhekk; u, partikularment, it-tbeghid tieghu mill-vizjoni socjali li garrab sa millanqas dawn l-ahhar tliet snin. 1. Liema sejha socjali? L-analizi socjo-politika tal-hajja istituzzjonali tal-knisja hafna drabi tigi injorata mill-kattolici bhallikieku ma tezistix jew ma tinteressahomx. Però, hija fundamentali biex wiehed jibqa’ jifhem kif l-istituzzjoni tipprogetta lilha nnifisha fid-dinja kontemporanja u kif tfassal il-politika taghha, anki f’affarijiet li jmissu hwejjeg spiritwali jew duttrinali. Fir-rigward tal-vizjoni socjali li l-knisja zviluppat f’dawn l-ahhar 120 sena, wiehed jista’ jilmah caqlieq konsiderevoli. Essenzjalment u fi ftit kliem, ...