L-assedju terribbli ta’ Gaza

F’dawn l-ahhar gimghatejn, it-tragedja tat-territorji okkupati tal-Palestina minn Israel kompliet b’zviluppi devastanti. Wara attakki missilistici fuq Israel attribwiti lill-organizzazzjoni Hamas, ghal gimgha shiha l-Israeliti bbumbardjaw Gaza mill-ajru bla hniena. F’din l-ahhar gimgha, l-Israeliti assedjaw Gaza fuq l-art u holqu banju ta’ demm. U d-dinja thares gallarija.

Misthija bla qjies

Huwa inkredibbli kif Israel tithalla taghmel dawn il-massakri ta’ kuljum minghajr hadd mill-pajjizi jew l-istituzzjonijiet il-kbar ma jopponiha. Anzi, ir-realtà hi aghar minn hekk. Ir-realtà hi li Israel hija protetta mill-Istati Uniti, mill-Unjoni Ewropea u mill-Gnus Maghquda milli tinzamm responsabbli ta’ dawn il-massakri. Prattikament ghandha licenzja li taghmel li trid; u li trid qed taghmel.

Hi x’inhi r-raguni ghala l-Israeliti assedjaw ’il Gaza, jibqa’ l-fatt li assolutament ma hemmx proporzjon fl-assedju li qeghdin jaghmlu. Qed jattakkaw b’salvagizmu biered u b’barbarità inimmaginabbli poplu li m’ghandux biex jiddefendi ruhu. Qed jaghmlulu hajtu nfern ― bil-qtugh fil-provvisti ta’ l-elettriku, il-gas, l-ilma u l-komunikazzjoni ― minkejja li digà, ghal snin shah, cahdulu l-jedd li jkollu rajh f’idejh.
L-assedju ta’ Gaza hu att tal-misthija li ghalih hadd ma hu se jisthi. Ghax il-misthija ta’ l-Israeliti u tal-protetturi taghhom ilha hafna li ntremiet barra t-tieqa. Minflokha, baqa’ biss l-isfaccagni, l-ardità u l-ostinazzjoni fl-izball.

Effett kuntrarju

Il-passjoni u l-mewt tan-nies ta’ Gaza f’dawn l-ahhar gimghatejn huma biss episodju ckejken ― ghalkemm mhux zghir ― fi storja ferm itwal ta’ umiljazzjoni u hakma. Il-Palestinjani ilhom jigu mqarrqa u ttraduti, mhux biss mill-Israeliti, imma wkoll mill-komunità internazzjonali, ghal dawn l-ahhar disghin sena. Gew misruqin minn kollox ... ghajr minn tliet hwejjeg: il-fidi, il-kuragg u d-determinazzjoni.

Dan l-ahhar ultragg ta’ Israel mhuwiex se jikser is-sinsla ta’ dahar in-nies ta’ Gaza, tal-Palestinjani jew tal-Hamas. Bil-kontra, se jsahhahha. Se jgib l-effett oppost ta’ dak li jixtiequ, ghax se jkompli jkabbar il-fidi, il-kuragg u d-determinazzjoni taghhom sabiex xi darba jkollhom rajhom f’idejhom, hielsa minn kull hakma barranija.

Israel xi darba trid twaqqaf dan id-disastru kollu. Xi darba trid tirrealizza li ma tista’ tirbah qatt bil-mezzi barbari li qed tuza. Xi darba trid tirrikonoxxi li, b’dan l-ghemil skorrett u mdemmi, kulma qieghda taghmel huwa li dghajjef lilha nnifisha dejjem aktar. Xi darba ... imma min jaf meta?

Ma jcedu qatt

Id-dar tal-paci ma tinbeniex bil-gebel tal-gwerra; u lanqas bit-tajn tal-vjolenza u l-qtil. Tinbena bir-rispett u l-gustizzja. Tibda tinbena meta Israel itemm l-okkupazzjoni ta’ l-artijiet Palestinjani u jirtira t-truppi kollha tieghu minn go arthom. Tibda tinbena meta, ma’ dan, izzarma l-kolonji ta’ Israeliti li hawlet fit-territorji okkupati tal-Palestinjani u tehodhom lura f’pajjizhom.

Il-Palestinjani m’huma se jcedu qatt. Dan il-fatt l-Israeliti ma jridux jifhmuh. Ma jridux jifhmu li, minkejja l-protezzjoni internazzjonali li ghandhom, fil-Palestina ma jistghux jirbhu. Iridu jitilfu bilfors. Ghax il-Palestinjani m’huma se jaccettaw qatt il-hakma Israelita. Qatt u qatt.

Dan hu ghal kollox ammirevoli. Ghax minkejja li tilfu ’l uliedhom, minkejja li tilfu djarhom, minkejja li xerrdulhom demmhom, il-Palestinjani jibqghu assolutament decizi li ma jcedux quddiem dan il-Gulija stinat u mdemmi.

Oh, kif tohrog qalbi ghal dawk in-nies imsejkna imma kollhom gieh!

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?