Meta l-Gustizzja tirrovinak
Xahar ilu, fit-18 ta’ Marzu, Sean Hodgson gie mehlus mill-habs wara 27 sena msakkar ghalxejn. Minghajr dell ta’ dubju, il-Qorti Rjali ta’ Londra sabitu innocenti mir-reat ta’ qtil li kien gie akkuzat bih u misjub hati tieghu. Il-Gustizzja kienet qaflitu l-habs ta’ 30 sena u, wara battalja harxa kontriha, saflahhar hargitu hieles ta’ 57 sena. Bhal hafna ohrajn qablu, irrovinatlu hajtu ghal kollox. Il-fatti Il-kaz tragiku ta’ Hodgson imur lura ghal Dicembru tal-1979, meta f’Southampton, l-Ingilterra, l-imsejkna Teresa De Simone, tfajla ta’ 22 sena, instabet fil-karozza taghha stuprata u maqtula. Il-pulizija kienu interrogaw mijiet ta’ suspettati minghajr ma sabu tarf ta’ xejn. Sean Hodgson kien wiehed minn dawn l-isuspettati u saret pressjoni qawwija mill-pulizija sabiex jammetti li ’l De Simone qatilha hu. Fl-ahhar, f’Dicembru tal-1980, waqt li kien il-habs fuq serq, minn hawn u minn hemm Hodgson ammetta u, fi Frar tal-1982, gie misjub hati u kkundannat ghal ghomru l-habs. Is-sena...