Il-bniedem invizibbli

Darba wahda, wiehed raghaj jismu Gige kien qieghed jirgha l-merhla tieghu. Fil-jiem ta’ qabel, kienet ghamlet hafna xita u sar ukoll terrimot. Waqt li kien qed jirgha, Gige ra li t-terrimot kien fetah fondoq fejn is-soltu kien jiehu l-merhla tieghu. Gietu l-kurzità u nizel gol-fondoq. Hemmhekk sab speci ta’ ghamla ta’ ziemel tal-bronz b’bibien ckejkna go fih. Meta fetah il-bibien, ra skeletru ta’ bniedem li mal-ghadam ta’ jdejh kellu brazzuletta tad-deheb. Ghalhekk Gige qabad u ha l-brazzuletta u lebbet ’l hemm. Ftit taz-zmien wara, ir-rghajja kellhom il-laqgha tas-soltu taghhom biex flimkien ihejju rapport ghas-sultan dwar il-merhliet taghhom. Gige mar ukoll, liebes il-brazzuletta li kien sab. Waqt li kien qieghed ghal-laqgha, fettillu joqghod iteftef fil-brazzuletta. Hekk kif dawwarha lejn il-polz, Gige ma deherx aktar. Ra li r-rghajja bdew jitkellmu dwar bhallikieku ma kienx hemm. Huwa staghgeb bil-kbir. Minnufih rega’ beda jteftef fil-brazzuletta u, hekk kif dawwarha lejn wicc idejh, Gige rega’ deher mill-gdid. Din il-bicca xoghol ippruvaha diversi drabi. Kull darba gara dejjem l-istess: l-ewwel isir invizibbli, imbaghad vizibbli. B’din il-hila, irnexxielu jimmanipula l-laqgha ta’ hbiebu sabiex, fost dawk li jmorru ghand is-sultan, jibaghtu lilu wkoll. Meta kien ghand is-sultan, irnexxielu jithabbeb mas-sultana u, bl-ghajnuna taghha, qatel lis-sultan u ha t-tron minfloku.

Din il-hrafa jirrakkontaha Platun, il-filosfu Grieg tar-raba’ seklu qabel Kristu, fit-tieni ktieb ta’ wahda mill-aqwa xogholijiet tieghu, Ir-Repubblika (359d-360d). Hafna sekli wara, din ix-xbieha tal-bniedem invizibbli wzaha b’mod differenti Herbert G. Wells fir-rumanz famuz tieghu The Invisible Man, mahrug fl-1897 (u li ghamluh film fl-1933). Wara Wells, wzaw l-istess xbieha kittieba ohrajn, bhal John Tolkien fl-1937, fin-novella The Hobbit (li mbaghad inkludiha wkoll fit-triologija tieghu tal-1954-55 The Lord of the Rings, li fuqha saret serje ta’ tliet films bejn l-2001-03), u wkoll Ralph Ellison fl-1952 fir-rumanz tieghu Invisible Man.

Ghall-ewwel, forsi tahseb li din l-istorja ta’ bniedem li jsir invizibbli hija hmerija bla sens. Imma meta toqghod tahseb ftit fuqha tintebah li jista’ jkollha hafna tifsir. Fil-fatt, originarjament Platun jirrakkonta din il-hrafa ta’ Gige li jsir invizibbli sabiex jishaq li l-bniedem ma jaghmilx it-tajjeb meta jista’ ma jaghmlux.

Ghala naghmlu t-tajjeb? Jew, ghallanqas, ghala ma naghmlux il-hazin? Mhuwiex forsi ghax nafu li nistghu ninkixfu jew ninqabdu? Ahseb ftit: il-bicca l-kbira tal-kriminali aktarx dejjem jaghmlu r-reati taghhom ghax jahsbu li mhux se jinqabdu b’dak li ghamlu. Li kieku jafu li l-probabbilità hi li jinqabdu, ma jaghmlux hafna mir-reati li jiguhom f’mohhhom. Infatti, ghalfejn tahseb li llum zdiedu ma’ kullimkien il-kameras imsejjha CCTV? Ghax skond Ronald Clarke (li hareg bit-teorija msejjha situational crime prevention), jekk, fost hwejjeg ohra, izzid ic-cansijiet li l-kriminal jinqabad, prattikament taqtaghlu qalbu ghal kollox milli jaghmel ir-reat.

Platun jidher li ghandu ragun: ahna ma naghmlux it-tajjeb meta nistghu ma naghmluhx. Ahseb ftit dwarek innifsek: min jaf kemm hemm affarijiet li fil-fatt ma kontx taghmilhom kieku li kieku m’ghandek lil hadd madwarek li jhares fuqek. Mhux bilfors affarijiet hziena, imma anki affarijiet li mhumiex hziena fihom infushom, imma li taghmilhom minhabba dawk li jghixu mieghek jew madwarek. Ahna nhossuna kkontrollati hafna minn haddiehor. Nibdlu l-agir taghna skond kif nahsbu li se japprovawlna jew jiddizapprovawlna ghemilna. Immaginak trasparenti. Kieku taghmlu xagharek? Kieku toqghod tahseb kif se tilbes jew ma tilbisx? Kieku tnaqqar imniehrek fil-pubbliku?

Aktarx ftit li xejn ghandek nies li huma hekk ta’ principju li, anki jekk jafu li mhu qed jarahom hadd, jew anki jekk jafu li mhux se jinqabdu f’dak li jaghmlu, jibqghu izommu l-istess agir li ghandhom issa li jafu li qed jarahom haddiehor jew li se jinqabdu zgur f’dak li jaghmlu. Jekk tinnota, huma t-tfal zghar hafna li jaghmlu dak li jfettlilhom minghajr ma jinportahom x’jahseb jew x’se jghid haddiehor. Dan jaghmluh ghax m’ghandhomx gharfien bizzejjed tal-konsegwenzi ta’ ghemilhom. Infatti, kif jibdew jitfarfru naqra, jibdew jibdlu l-agir taghhom skond jekk dan jigix approvat jew dizapprovat mill-genituri jew l-ghalliema taghhom. Allahares it-tfal imfarfrin jew iz-zghazagh ikunu trasparenti, ghax kieku jaqilbu d-dinja ta’ taht fuq!

Fi kliem iehor, hafna mill-ghemil taghna ma naghmluhx b’konvinzjoni. Naghmluh minhabba haddiehor: jew biex izommuna b’nies, jew biex ma naqghux ghac-cajt quddiemhom, jew biex ma nigux f’ilsienhom, jew biex jirrispettawna, jew biex inharsu l-fama tajba taghna, u l-bqija. Hafna mill-agir taghna naghmluh, mhux ghax nemmnu fih jew ghax konvinti minnu, imma ghax nafu li hu xieraq f’ghajnejn haddiehor; ghax nemmnu li hu mehtieg ghall-hajja socjali li ahna nghixu.

Naturalment, Platun imur aktar lil hinn minn hekk. Jghaqqad l-istorja ta’ Gige l-invizibbli mhux biss mal-agir etiku jew socjali, imma wkoll mal-agir morali, jigifieri mhux biss ma’ hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu mal-etikett, imma wkoll mal-agir it-tajjeb u l-hazin. Tahseb int li kieku kont invizibbli u ghandek il-guh u tara van tal-haxix bil-frott, m’intix se taqbad u tiehu xi tuffieha, nghidu ahna, minghajr ma thallas? Tahseb int li kieku kont invizibbli u, fejn illum tara persuna li tigbidlek bil-kbir ghajnejk u tipprova ma timbarazzax lilek innifsek billi tiffissa lejha, ma kontx se tikolha bil-hars minghajr misthija ta’ xejn? Tahseb int li kieku kont invizibbli u jaqbdek xogholok, kont se toqghod tiddejjaq taghmel fejn gie gie? Bhalma ghedt hawnfuq, hafna affarijiet aktarx naghmluhom b’konvenzjoni jew bi drawwa, imma mhux b’konvinzjoni; aktarx naghmluhom ghax il-gustizzja tigri warajna, imma mhux ghax nemmnu fihom tabilhaqq.

Certament, l-invizibbiltà taghtina hafna libertà li minghajrha ma jkollniex. Il-fatt li nghixu fi qrubija ta’ haddiehor, kemm ghal ragunijiet familjari u kemm ghal ragunijiet ta’ xoghol, jimplika li rridu nakkomodaw irwiehna ghal dak li titlob minna l-hajja socjali taghna. Dan izidilna hafna obbligazzjonijiet li ftit ihallulna hin biex naghmlu dawk l-affarijiet li niehdu gost naghmluhom minghajr ma nkunu obbligati minn hadd. Bosta minna dan il-hin isibuh meta jirtiraw bl-età jew meta t-tfal jiehdu l-istat taghhom u jitilqu mid-dar. Izda mhuwiex rari li, sa ma jasal dan iz-zmien, dawk l-obbligazzjonijiet xi ftit jew wisq sforzati tant nidraw nghixu bihom, li minghajrhom imbaghad insibuna qisna hut barra mill-ilma. Dan probabbilment jigri ghax, tul hafna snin (tista’ tghid, ghall-bicca l-kbira ta’ hajjitna), ma nkunux tajna wisq attenzjoni jew hin sabiex inrawwmu interessi ohra ghajr dawk li jkunu strettament mitlubin minna mic-cirkustanzi socjali jew familjari ta’ hajjitna. Ghalhekk, spiss jigri li jibda jkollna hin bizzejjed ghalina nfusna u ghall-interessi li jkunu tabilhaqq ghal qalbna meta bil-mod il-mod nibdew nilhqu l-istat ta’ xjuhija u l-forzi taghna jibdew imajnaw.

L-istorja ta’ Gige jien nippreferi nisthajjilha bil-kontra malli hi. Mhux li nsir invizibbli jien, imma li jsir invizibbli haddiehor. Dan mhux bilfors ifisser li haddiehor jghib u ma jibqax jidher aktar. Imma li haddiehor isir qisu invizibbli ghalija; li jien ma nibqax narahom bhala hlejjaq li jaghafsu fuqi l-hin kollu b’hafna obbligazzjonijiet li huma zejda u futli ghalija. Ifisser, fuq kollox, li nfittex li wiehed isib u jkabbar aktar spazji ta’ libertà fejn id-dmirijiet etici jew socjali jonqsu u d-dmir morali jikber. Fi kliem iehor, fejn dak li wiehed ihoss li hu l-akbar u l-aqwa sehem li jista’ jaghti fil-hajja tieghu jkun jista’ jikkoncentra fuqu b’attenzjoni indiviza hafna aktar mis-soltu. Hu dan li nhoss li fil-hajja jikkostitwixxi l-oghla dmir morali ta’ kull wiehed u wahda minna. Jiena ma nahsibx li d-dmir morali ewlieni ta’ xi hadd minna hu biss li nissodisfaw l-obbligazzjonijiet li jimponi fuqna haddiehor, imma li nizviluppaw dak li ghalih ahna adatti l-aktar u nwettquh bl-anqas xkiel jew tfixkil possibbli.

Fl-ahhar mill-ahhar, fuq livell aktar strutturali, li haddiehor isir qisu invizibbli ghalina ma jfissirx haga ohra ghajr li ma nhallux l-istituzzjonijiet johonqu l-individwalità proprja taghna. Anzi, ifisser li naghtu ’l-individwalità unika u rrepetibbli taghna dik l-importanza u l-attenzjoni li jixirqilha bl-akbar libertà possibbli mill-istituzzjonijiet umani li l-hin kollu jimponu lilhom infushom fuq mohhna, qalbna, l-ispirtu taghna, il-hiliet taghna u s-snajja li ghandna.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?