L-insensittività ta’ xi qrati Maltin
Johann hu zaghzugh ta’ 23 sena. Gimghatejn ilu gie ssentenzjat minn wahda mill-qrati kriminali taghna ghal xahar habs ghax instab hati li kiser il-kundizzjonijiet tal-bejl li kien inghata hames xhur qabel. Il-kaz jidher semplici, komuni u ghad-dritt. Li ma jidhirx hu l-mod insensittiv li bih agixxiet il-qorti f’kaz iehor fost tant u tant ohrajn. Kankru ikrah Jiena nahseb li l-amminsitrazzjoni tal-gustizzja f’pajjizna ghandha kankru ikrah li hadd ma jrid li jiffaccja. Fid-dieher, dawk li huma involuti jaghmlu mill-ahjar li jistghu sabiex jibqghu jaghtuna l-impressjoni li kollox sew u li l-magna taghhom tahdem fuq ir-rubini. Imma meta wiehed ihares mill-qrib isib li din l-impressjoni qed tahbi realtajiet li ghandhom iweggghu s-senstittività civili li ghandna jkollna. B’mod generali, fil-qrati kriminali donnu jkun hemm tliet kwalitajiet ta’ kawzi. Kwalità wahda hi dik ta’ dawk li jinvolvu reati ta’ certu kalibru kontra l-ligi kriminali tal-pajjiz. Dawn jidher li jigu ttrattati bis-s...