Il-gvern komplici f’att kriminali

Il-gvern Taljan mhux biss sar iwettaq atti kriminali kontra nies li jkunu qeghdin jaharbu minn sitwazzjonijiet disperanti u xi kultant mortali, imma issa sar anki jiftahar b’dan l-agir tieghu! Il-gvern Malti mhux biss ma ddefendiex lil dawn in-nies u ghamel protesta formali kontra l-gvern Taljan, imma issa talli qed jifrah lill-gvern Taljan ta’ dan l-agir skorrett, ingust u immorali! Il-gvern Malti sar komplici ta’ dan l-att kriminali tal-gvern Taljan.

Att kriminali

Li n-nies li jkunu qed jaharbu minn tragedji umani tal-biki jergghu jintbaghtu indiskriminatament lura minfejn ikunu qed jaharbu huwa att kriminali. Huwa kontra d-dritt internazzjonali u kontra l-valuri stess tal-Unjoni Ewropea. Il-gvern Taljan issa qabad ma’ din il-prattika oxxena u dizgustanti donnu minghajr l-oppozizzjoni ufficjali ta’ ebda gurisdizzjoni ohra Ewropea jew tal-Unjoni innifisha.

Fuq din il-bicca, il-gvern Nazzjonalista sar komplici mal-gvern Taljan. Mhux biss, imma qed naraw li ma sar xejn differenti mill-ANR ta’ Malta jew mill-Lega Nord tal-Italja. Sar faxxista bhalhom. U mhux wahdu. Xi deputati tal-Partit Laburista stess―bhal Michael Falzon u Anglu Farrugia (taparsi Socjalisti)―huma faxxisti daqsuf, ghax qed jaqblu mieghu u japprovawlu ghemilu. Ghajb ghal dawn kollha li ma sarux jagharfu aktar x’ifissru umanità u solidarjetà! Ghajb!

Il-gvern Malti hu fid-dover li jopponi din il-prattika dizumana. Hu fid-dover li, bhalma ghamel protesti formali fl-imghoddi fuq kwestjonijiet marbuta mal-istess tema, jaghmel protesti issa wkoll u juri li ghandu valuri u principji suriet in-nies. Imma dan mhuwiex qed jaghmlu. Anzi, qieghed jifrah li l-gvern Taljan qed jagixxi b’mod kriminali u jheggu f’din il-prattika kerha li qabad.

Gvern bla principji

Din il-kwestjoni qieghda tikxef x’isarraf verament il-kliem fil-vojt tal-gvern Malti u ta’ xi whud ohrajn li taparsi jhobbu z-zghir u l-batut. Ghax, bhalma qeghdin naraw, fis-si u n-no qed jikxfu l-veri sentimenti li huma ghandhom. Dawn mhumiex sentimenti ta’ mhabba lejn il-proxxmu u lejn nies fit-tbatija, imma mhabba biss ghal wicc in-nies u sabiex jidhru sabih quddiem l-elettorat Malti.

Dawn valuri! Valuri ta’ min hu mixtri. Valuri ta’ min ma jharisx lejn is-sewwa imma lejn dak li jaqbillu fic-cirkustanzi partikulari li jsib ruhu fihom. Valuri ta’ min ma jiddardarx jirfes fuq haddiehor, specjalment fuq min ma jistax ikellmu jew jiggieled lura, filwaqt li jfittex li joghgob lil min jista’ jibqa’ jaghtih is-setgha u l-vantaggi politici.

Minn fuq, dan jghid li hu gvern nisrani li tghidx kemm ihobb il-valuri nsara! X’ihobb ihobb!? Ma jhobb xejn ghajr is-setgha u l-pjacir ta’ min jista’ jzommu fiha. Lil min hu zghir, imkasbar u dghajjef, arah idur kontrih ghax hekk jaqbillu u jfahhar lil min qed iwettaq minghajr misthija l-kriminalità kontrih. Prosti ghalina, x’politici ghandna!

Ghajb u misthija

Issa min qieghed ikun responsabbli ghall-hsara li qieghda ssir lil dawk l-imsejna nies li qeghdin jintaghtu lura lejn it-tragedja taghhom? Tassew li l-gvern ma tghallem xejn minn dak l-episodju tal-misthija meta, snin ilu, ufficjali tieghu, illum ministru tal-affarijiet barranin, kien baghat lill-Eretrej lura ghat-tortura u l-mewt! Dak in-nhar hadd ma kien ha responsabbiltà politika ta’ dak l-att tal-biki. U lanqas illum ma hadd se jiehu responsabbiltà ghal att simili.

Il-politici hekk jafu jaghmlu. Ibieghu lil ommhom stess jekk ikun jaqblilhom politikament. Jigu jaqghu u jqumu mit-tbatija tan-nies u mit-tragedji taghhom. L-aqwa li huma jibqghu paxxuti u jpappuha fuq daharna. Kemm ahna boloh biex inhallu dan kollu ghaddej minghajr l-ghadab u l-oppozizzjoni taghna. Kemm ahna cwielaq biex lil dawn in-nies nibqghu nemmnuhom.

Jehtieg li l-gvern Malti jopponi ufficjalment il-prattika kriminali tal-gvern Taljan. Dan hu dmiru bhala gvern nisrani u bhala gvern li jghid li hu civilizzat. Inkella ma hu xejn ghajr komplici f’din il-kriminalità tal-wahx. Jien nisthi min gvern bhal dan.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?