Taparsi ‘bouncers’
Il-qtil razzista ta’ Suleiman Abubaker hareg ghad-dawl fenomenu li kien qieghed isehh kontinwament f’Paceville u f’postijiet ohra f’Malta u Ghawdex u li l-omertà ta’ hafna Maltin u Ghawdxin kienu qeghdin izommu mistur ghal kollox: l-illegalità u l-abbuz li bihom xi nies kienu qeghdin jaghmluha ta’ ‘bouncers’ ma’ postijiet pubblici. Abbuz u omertà Il-bicca l-kbira tal-‘bouncers’ li xi whud minna jiltaqghu maghhom ma’ diversi postijiet pubblici jew f’diversi attivitajiet pubblici ma huma ‘bouncers’ xejn. Jigifieri mhumiex iccertifikati biex jaghmlu dak ix-xoghol. Dawn huma aktarx nies b’fiziku konsiderevolment kbir, aktarx b’sahhithom u moghtijin ilbies u apparat li jissuggerixxi l-hidma li jaghmlu. Minkejja d-dehra ta’ barra, il-hidma taghhom ta’ ‘bouncers’ hija illegali u abbuziva. Jitqabbdu jaghmlu xoghol fid-dieher u taht imnieher il-pulizija minghajr m’ghandhom il-permess jew it-tahrig. Min iqabbadhom jistenna biss attitudni ta’ theddid. Dan konna ilna nghixu bih hafna snin....