Lejn socjalizmu sinifikanti u relevanti

Is-socjalisti Maltin ghandhom ikunu socjalisti ta’ veru. Mhux taparsi. Jew tal-isem. Is-socjalizmu Malti tallum huwa tahlita ta’ (1) assunzjonijiet konservattivi infundati, (2) aderenzi religjuzi superficjali u (3) temarità reali.

Assunzjonijiet konservattivi infundati

Ir-radikalità tipika tas-socjalizmu klassiku mkien ma tinstab fis-socjalizmu Malti tallum. Is-socjalizmu huwa hekk immerraq li kwazi kwazi huwa indistingwibbli mill-konservatizmu tradizzjonali li jithaddem f’Malta. L-agenda liberali, forsi fil-linja ta’ Stuart Mill, hija prattikament abbandunata ghal kollox. Il-valuri tal-ideologija socjalista Maltija―jekk tezisti xi wahda artikulata (li niddubita serjament)―hija mdakkra mill-valuri li l-opportunizmu konservattiv Malti u l-paternalizmu klerikali hadmu kemm felhu biex zerghu fil-mentalità generali Maltija.

B’mod wiesgha, dawn il-valuri ma jqisux il-persuni bhala siewja fihom infushom, imma bhala dadi fil-loghba politika. Il-persuni huma sottomessi ghall-programmi politici u ghal skopijiet li jmorru lil hinn minnhom infushom. Is-socjalizmu Malti tallum addotta din is-sistema wkoll u ghalhekk tilef triqtu. Jilghab il-loghba politika u opportunista li l-konservattivi u l-klerikali jriduh jilghab ghall-konvenjenza taghhom stess. Izda b’dan il-mod, il-persuni fit-triq thallew ghal rihhom, minghajr hajt ta’ kenn li s-socjalizmu ghandu jaghtihom.

Is-socjalizmu Malti tallum ghandu jieqaf din jilghab f’idejn haddiehor. Fit-tmeninijiet, is-socjalisti Maltin laghabu f’idejn il-konservattivi u l-klerikali billi qaghdu ghall-provokazzjoni makakka u vjolenti taghhom u hekk hammgu isimhom u l-ideali taghhom. Issa jilghabu wkoll. Imma mod iehor. Mod aktar insidjuz u fin. Mhijiex loghba li tintlaghab aktar fit-toroq bl-ghajjat u t-tfiegh tal-gebel, imma tintlaghab fil-mohh permezz ta’ korruzzjoni ideologika li twassal ghal vakuum mentali u psikologiku.

Kemm l-opportunizmu konservattiv, kif ukoll il-paternalizmu klerikali, huma nieqsa minn kull fundament filosofiku. (Kif inhu wkoll s-socjalizmu Malti tallum, jekk nigu f’dan!) Jidhru sostanzjali ghaliex jigu pprezentati bhala assoluti u naturali. F’Malta m’ghandniex alternattiva serja ghalihom u s-socjalizmu Malti ghandu jara li dan ir-rwol huwa tieghu bi dritt u bi dmir.

Aderenzi religjuzi superficjali

Is-socjalizmu Malti llum ma jirrezisti b’ebda mod il-mentalità religjuza u klerikali li huwa komdu ghall-konservattivi li jkun hawn fostna. Is-socjalizmu Malti ghandu jkun lajk u sekulari ghal kollox u jippromovi l-valuri ta’ dawn il-vizjonijiet ideologici u socjali. Kull tip ta’ moralità klerikali ghandha titnehha mill-kunsiderazzjonijiet politici reali tas-socjalisti Maltin tallum.

Jekk wiehed isegwi ftit ir-radju u t-televizjoni tal-Partit Laburista llum, jew jaqra l-gazzetti tal-partit jew tal-GWU, kif ukoll xi whud mill-attivitajiet interni u pubblici taghhom, ma jistax ma jintebahx millewwel kemm l-attitudnijiet religjuzi ghadhom sehem sinifikanti minnhom. Dawn l-attitudnijiet―specjalment meta tqis x’mudell ta’ religjozità tithaddan f’Malta b’mod ufficjali u mhux―huma kontro-producenti ghall-ideali socjalisti. Fuq kollox, hemm implikat fihom analizi anakronista, puwerili u fundamentalment zbaljata tas-socjetà, tal-mezzi ta’ produzzjoni u tal-kawzi li jiggeneraw l-hemmijiet taghhha.

Is-socjalizmu Malti llum jrid jinfatam minn dawn l-attitudnijiet b’mod radikali u jvara analizi olistika u serja proprja. Fuq kollox, ghandu jieqaf milli jhalli l-paternalizmu klerikali u l-opportunizmu konservattiv jfassallu l-agenda politika tieghu. Id-divorzju, l-ewtanasja, z-zwieg bejn persuni tal-istess sess, l-abort, il-koabitazzjoni, il-propjetà privata, l-espressjonijiet ta’ arti pubblika u l-bqija ghandhom jigu, l-ewwel u qabel kollox, mifhuma mill-ottika lajka u sekulari u, imbaghad, imqieghda fuq l-agenda politika socjalista.

Temarità reali

Hafna drabi dan ma jsirx minhabba kumpless psikologiku ta’ biza’ profonda li dahal fih is-socjalizmu Malti. Is-socjalizmu Malti tallum ma jqeghidx il-persuni qabel il-manipulazzjoni istituzzjonali taghhom, ma jwarrabx riferimenti religjuzi u klerikali minn kull operat u diskors tieghu, ma jiqafx jilghab il-loghba politika tal-‘klassi tan-nofs’ u ma jippromovix valuri lajci u sekularizzati b’konvinzjoni ghax jibza’. Imma din il-biza’ hija proprju dak li l-konservattivi u l-klerikali jridu li s-socjalizmu Malti jkollu. Ghax hu konvenjenti hafna ghalihom li jzommu s-socjalizmu Malti tallum b’denbu taht il-blat. Ghax hu konvenjenti hafna halli huma jippromovu l-agenda taghhom u jibqghu jgawdu l-egemonija li ghandhom.

Il-biza’ tas-socjalizmu Malti tallum qieghed jichdu milli jkun socjalizmu veru. Qieghed jichadlu l-possibbiltà li jaghmel analizi socjalista u liberali profonda u serja tas-socjetà u l-processi taghha. Qieghed jichadlu l-possibbiltà li jfassal agenda politika proprja tal-ideologija tieghu. Qieghed jichadlu l-possibbiltà li jkun alternattiva reali ghall-konservattivi u l-klerikali li hakmu l-pjazza kollha.

Fuq kollox, qieghed ihalli l-persuni fit-triq u c-cittadini z-zghar indifizi kontra l-insidja u l-manipulazzjonijiet tal-konservattivi u l-klerikali. In-nuqqas tas-socjalizmu Malti llum milli jfittex li jersaq b’mod konvincenti u deciz lejn il-prassi u l-ideali tas-socjalizmu veru―anki f’sinkronija akbar mas-socjalisti Ewropej―mhuwiex qieghed, l-ewwel u qabel kollox, jaghmel hsara lill-Partit Laburista, imma l-ewwel u qabel kollox qieghed jaghmel hsara lic-cittadini z-zghar.

Fl-istess hin, jekk is-socjalizmu Malti tallum ma jkunx sinifikanti u relevanti, allura kulma jaghmel huwa li jfaqqar lill-poplu Malti aktar milli digà hu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?