Ghaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju?

Il-mistoqsija semplici tieghi hawnhekk se tkun din: Ghaliex il-Knisja Kattolika hija kontra d-divorzju meta Gesù nnifsu kien FAVUR id-divorzju? Nixtieq noffri ftit hsibijiet dwar ghaliex u kif tista’ tigi mwiegba din il-mistoqsija. Naghmel dan fl-ispirtu ta’ diskussjoni u qsim ta’ ideat u b’ebda mod assolutista jew dommatistiku. Id-diskussjoni rispettabbli u intelligenti, dwar id-divorzju jew dwar hwejjeg delikati ohra, hija sabiha u sana, u ghandha tqis l-aspetti kollha tal-kwestjonijiet diskussi. Ghaldaqstant, ma nahsibx li din it-tema li nixtieq nittratta fil-qosor hawnhekk inghatat s’issa l-attenzjoni li jixirqilha jew is-siwi li ghandu jkollha. Il-Knisja u Gesù Jiena jidhirli li kull argument iehor―socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku u l-bqija―li l-Knisja Kattolika tista’ ggib kontra d-divorzju ma jista’ qatt jinghata siwi, ghallanqas mill-punto di vista tal-Knisja Kattolika, aktar minn dak li qal u ghamel Gesù. Ovvjament, dan ma jfissirx li l-argumenti socjolog...