Ghaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju?

Il-mistoqsija semplici tieghi hawnhekk se tkun din: Ghaliex il-Knisja Kattolika hija kontra d-divorzju meta Gesù nnifsu kien FAVUR id-divorzju? Nixtieq noffri ftit hsibijiet dwar ghaliex u kif tista’ tigi mwiegba din il-mistoqsija. Naghmel dan fl-ispirtu ta’ diskussjoni u qsim ta’ ideat u b’ebda mod assolutista jew dommatistiku.

Id-diskussjoni rispettabbli u intelligenti, dwar id-divorzju jew dwar hwejjeg delikati ohra, hija sabiha u sana, u ghandha tqis l-aspetti kollha tal-kwestjonijiet diskussi. Ghaldaqstant, ma nahsibx li din it-tema li nixtieq nittratta fil-qosor hawnhekk inghatat s’issa l-attenzjoni li jixirqilha jew is-siwi li ghandu jkollha.

Il-Knisja u Gesù

Jiena jidhirli li kull argument iehor―socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku u l-bqija―li l-Knisja Kattolika tista’ ggib kontra d-divorzju ma jista’ qatt jinghata siwi, ghallanqas mill-punto di vista tal-Knisja Kattolika, aktar minn dak li qal u ghamel Gesù. Ovvjament, dan ma jfissirx li l-argumenti socjologici, psikologici, ekonomici, politici u l-bqija li tista’ tishaq fuqhom il-Knisja Kattolika biex issostni l-oppozizzjoni taghha kontra d-divorzju mhumiex validi, u xi kultant validi hafna, fihom infushom. Qed nghid biss li, fil-kuntest ta’ dak li tghid u temmen il-Knisja Kattolika, dawn m’ghandhomx importanza jew siwi aktar jew akbar mit-taghlim u l-hajja ta’ Gesù.

Dan huwa importanti hafna. Ghax il-Knisja Kattolika mhijiex istituzzjoni socjali jew politika biss. Hija istituzzjoni li tissokta t-taghlim u l-hidma ta’ Gesù. Ghalhekk dak li qal u ghamel Gesù ghandu siwi suprem u assolut f’kull perspettiva u f’kull diskors li tista’ taghmel il-Knisja Kattolika fuq id-divorzju u fuq kull haga ohra.

Gesù u d-divorzju

Ghalkemm dan il-princjipju jista’ jidher ovvju, fir-realtà jidher li mhuwiex dejjem hekk. F’nofs Lulju li ghadda, nghidu ahna, fir-rapport For Worse not for Better (titlu b’Ingliz dizastruz), mahrug minn ProgettImpenn (Kummissjoni Djocesana Familja, Caritas u Moviment ta’ Kana) tal-Knisja Kattolika, Gesù ma jissemmiex imqar darba. Il-Vangelu jew xi silta ohra tal-Bibbja ma jissemmewx darba. Id-diskors kollu maghmul f’dan ir-rapport jista’ jissejjah socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku jew li trid … imma zgur mhux teologiku jew evangeliku, kif wiehed aktarx jistenna.

Wiehed jifhem ghala rapport―tal-Knisja Kattolika jew le―li jrid igib argumenti kontra d-divorzju ma jsemmix lil Gesù. Ir-raguni semplici hija din: Ghax ma jistax! Ghax fil-fatt Gesù ma kienx kontra d-divorzju. Kien jaccettah. Qabel ma nghid kif kien jaghmel dan, jehtieg li nifhmu l-kuntest li fih Gesù kien izomm din il-pozizzjoni. Wara naraw il-bidla sinifikattiva li Gesù introduca fil-prattika tad-divorzju, naraw ukoll kif Gesù kien iqis iz-zwieg minkejja l-accettazzjoni tieghu tad-divorzju, nistharreg kif San Pawl kien ihares lejn id-divorzju, naghti harsa lejn kif jitqies id-divorzu mill-Knejjes Insara l-ohra (Ortodossi u Protestanti) u fl-ahharnett nislet xi konkluzjonijiet relevanti.

Iz-zwieg fi zmien Gesù

Iz-zwieg illum huwa essenzjalment u fundamentalment differenti miz-zwieg ta’ zmien Gesù. Illum iz-zwieg huwa rabta bejn tnejn min-nies bl-istess drittijiet f’kollox. Fi zmien Gesù ma kienx hekk. Fi zmien Gesù l-mara ma kellha kwazi ebda drittijiet legali ta’ xejn. Iz-zwieg kien prattikament kuntratt li bih ir-ragel JIXTRI l-mara minghand il-familja taghha. Dan il-punt hu importanti biex wiehed jifhem il-limitazzjonijiet li fihom tkellem u agixxa Gesù fir-rigward taz-zwieg u d-divorzju.

Iz-zwieg Lhudi fi zmien Gesù kellu tliet fazijiet: (1) l-gherusija, wara li t-tifla taghlaq it-12-il sena; (2) iz-zwieg (imsejjah “kidduxin”), meta jsir il-kuntratt tax-xiri nnifsu permezz ta’ “ketuba” (jew il-“kitba taz-zwieg”); u (3) it-tieg, meta l-partijiet imorru joqoghdu ma’ xulxin u jorqdu flimkien. Fil-kaz tal-gherusija, it-tifla kellha d-dritt tirrifjuta r-ragel li jkunu ghazlulha (u hekk iz-zwieg ma jsirx); imma fil-kazijiet taz-zwieg u t-tieg, il-mara ma kellhiex aktar id-dritt jew il-possibbiltà li tholl ir-rabta matrimonjali. Dan kien biss id-dritt tar-ragel.

Sistema ta’ divorzju

Il-ketuba kienet tinkludi mhux biss l-ammont ta’ flus jew affarijiet ohra (“in kind”) li r-ragel ried ihallas biex jixtri lil martu, imma wkoll l-ammont specifiku ta’ flus (mhux “in kind”) li ried bilfors ihallas lura lill-familja taghha jekk eventwalment jaghtiha l-karta tad-divorzju.

Il-process ghad-divorzju ma seta’ qatt jinbeda min-naha tal-mara. L-aktar li setghet taghmel il-mara kien biss li, jekk tahseb li ghandha xi bazi fuq xiex tagixxi, tappella biex il-qorti theggeg lil zewgha jibda hu l-process ghad-divorzju. Ir-ragunijiet ghala l-mara setghet lecitament twettaq dan it-theggig kienu tassew ftit. L-aqwa wahda fosthom kienet li l-ragel ma kienx qieghed jobdi l-ligi divina, kemm rigward ir-responsabbiltajiet matrimonjali tieghu u kemm f’kull haga ohra.

Min-naha tar-ragel, id-divorzju kellu jsir BILFORS f’kaz ta’ dik li kienet tissejjah “porneja” tal-mara u/jew f’kaz li ma jistax ikollha tfal. Skond il-ligi Lhudija ta’ zmien Gesù, ir-ragel ma kellux ghazla f’dan. F’dawn iz-zewg kazijiet kellu jipprocedi ghad-divorzju bilfors u l-mara, naturalment, ma kellha ebda sahha legali li twaqqfu.

Skejjel filosofici Lhud

Il-kelma “porneja” ma tirreferix biss ghall-adulterju (li specifikament kien jissejjah “mojkeja”), imma ghal kull att sesswali illecitu; jigifieri kull att sesswali li Alla ma jridux. Kien hemm hames kazijiet specifici li tinkludi l-kelma “porneja”, li huma dawn: (1) sess qabel jew barra z-zwieg (fornikazzjoni), (2) sess ma’ xi hadd iehor barra martek jew zewgek (adulterju), jigifieri “mojkeja”, (3) sess ma’ membru tal-familja (incest), (4) sess ma’ xi hadd tal-istess sess (omosesswalità jew lesbjanizmu), (4) sess ma’ xi annimal (bestjalità) u (5) sess ghall-flus (prostituzzjoni).

Kulma kellu jaghmel ragel biex jiddivorzja lil martu kien li jiktbilha karta tad-divorzju, jaghtiha l-flus li jmissha skond il-ketuba u jibghatha. Il-bazi li fuqha ragel seta’ jiddivorzja ’l martu kienet tvarja skond l-iskejjel filosofici Lhud, l-aktar tnejn minnhom. (1) Skond l-iskola ta’ Xammaj, id-divorzju seta’ jsir biss f’kaz ta’ porneja … u dan bilfors. (2) Skond l-iskola ta’ Hillel, id-divorzju seta’ jsir prattikament fuq kollox, anki jekk il-mara tikrieh jew ma tafx issajjar sew. Haga wahda biss kienet trazzan il-heffa tad-divorzju: il-lat finanzjarju, jigifieri l-hlas li kellu jaghmel ir-ragel lill-familja tal-mara skond kif specifikat fil-ketuba.

Ebda drittijiet ghall-mara

Terga’ u tghid, kien hemm sitt kazijiet li fihom ir-ragel ma kienx legalment obligat ihallas il-flus specifikat fil-ketuba. Dawn kienu kazijiet li fihom il-mara sistematikament (jigifieri kostantement u repettitivament) taghmel xi wahda jew aktar minn dawn li gejjin: (1) tikser arbitrarjament il-ligi divina Lhudija, (2) ma tghattix rasha fil-pubbliku, (3) tinseg barra fit-toroq, (4) titkellem ma’ kull ragel li tara, (5) tmaqdar ’l omm u missier ir-ragel b’mod insolenti u (6) tghajjat mieghu jew tiksru b’mod li jisimghuha n-nies.

Kif wiehed jista’ jinnota, il-ligijiet Lhud li kienu jirregolaw kemm iz-zwieg u kemm id-divorzju fi zmien Gesù kienu ghal kollox ibbazati fuq pedament ingust hafna li totalment jizvantaggja il-parti femminili. Ghajr fil-perjodu tal-gherusija, il-mara ma kellha assolutament ebda drittijiet li jipproteguha mill-abbuz individwali u istituzzjonali. Il-pressjoni socjali li kienet issahhah din l-ingustizzja kienet enormi u inflessibbli.

Siltiet evangelici

Hemm tliet siltiet ewlenin li jittrattaw dwar id-divorzju fl-Evangelji: tnejn f’San Mattew (kapitli 5 u 9) u wiehed f’San Mark (kapitlu 10). L-ewwel silta ta’ San Mattew hija inkluza fis-silta ta’ San Mark bhala l-konkluzjoni. It-tieni silta ta’ San Mattew ghandha konkluzjoni differenti minn dik ta’ San Mark. Fiz-zewg vangeli l-kuntest hu polemikuz: it-tnejn jirrapportaw disputa akkademika bejn Gesù u l-Farizej. Il-Farizej riedu jkunu jafu jekk Gesù jaccettax id-divorzju skont l-interpretazzjoni ta’ Xammaj (jigifieri divorzju bilfors f’kaz biss ta’ porneja) jew skont l-interpretazzjoni ta’ Hillel (jigfieri divorzju f’kull kaz).

Innota li l-mistoqsija tal-Farizej mhijiex jekk Gesù jaccettax id-divorzju jew le, imma jekk jaccettax l-interpretazzjoni d-dejjqa (ta’ Xammaj) jew l-interpretazzjoni l-wiesgha (ta’ Hillel). Gesù jobzqilhom is-sunnara u l-interpretazzjoni tieghu ma bbazaha fuq l-awtorità argumentattiva ta’ hadd mill-iskejjel filosofici taghhom. Ibbazaha fuq l-awtorità li kienu jaccettaw it-tnejn: dik ta’ Mosè; u ghalhekk ta’ Alla.

Il-bidla sinifikattiva ta’ Gesù

Skond l-interpretazzjoni tieghu, Gesù jaccetta li r-ragel (mhux il-mara) jista’, jekk irid (mhux bilfors), jiddivorzja lil martu, mhux f’kull kaz, imma biss f’kaz li martu tinqabad f’adulterju, incest, lesbjanizmu, bestjalità, prostituzzjoni u/jew xi att sesswali illecitu iehor (“porneja”). Gesù jaccetta l-interpretazzjoni d-dejjqa ta’ Xammaj, imma sinifikattivament inehhi minnha l-aspett obbligatorju biex ihalli bizzejjed wisa’ ghall-mahfra. L-espressjoni famuza ta’ Gesù: “Dak li ghaqqad Alla m’ghandux jifirdu l-bniedem” (Mt 19:6 ; Mk 10 :9), mhijiex espressjoni kontra d-divorzju, imma kontra l-interpretazzjoni wiesgha tal-Lhud (skont l-iskola ta’ Hillel). Infatti, huwa jsostni li “min jibghat lil martu―barra fil-kaz ta’ porneja―u jizzewweg ohra jkun hati ta’ adulterju” (Mt 5:32) … u dan, skond Gesù, japplika wkoll ghall-mara (Mk 10:12).

Innota li fil-versjonijiet ufficjali tal-Bibbja bil-Malti l-kelma “porneja” hija tradotta bhala “zwieg hazin” jew “rabta hazina”. Din it-traduzzjoni donnha timplika zwieg null sa mill-bidu u mhux, kif tindika b’mod car is-silta, zwieg validu li jigi mahlul bid-divorzju.

L-interpretazzjoni partikulari ta’ Gesù tista’ tintlemah ukoll fil-kummenti tieghu fl-istess vangelu skond San Mattew: “Kull min ihares lejn mara biex jixtieqha jkun ga ghamel adulterju maghha f’qalbu” (5:28). Dan il-kumment kwazi kwazi jiddiehak bil-pozizzjoni tal-iskola ta’ Hillel. Ghax jekk hu minnu li ragel jista’ jiehu d-divorzju fuq kull haga, allura kull zwieg huwa spiccut minhabba x-xewqat zienja tal-qalb.

Kif Gesù kien iqis iz-zwieg

Ghal Gesù, iz-zwieg hu haga qaddisa. Mhuwiex sempliciment kuntratt bejn ir-ragel u l-familja tal-mara. Ghalkemm Gesù ma jaghti ebda dritt zejjed lill-mara aktar milli kienet taghti l-ligi Lhudija ta’ zmienu―nghidu ahna, id-dritt tad-divorzju―xorta wahda jqis iz-zwieg bhala ghaqda mbierka minn Alla. Id-divorzju li kien jaccetta Gesù ma kienx inehhi l-qdusija taz-zwieg jew l-importanza mill-aktar kbira tal-ghaqda konjugali fis-socjetà. Id-divorzju legali hu element sfortunat u ta’ niket f’dan il-qasam. Ma jitqiesx bhala t-tkissir taz-zwieg, imma bhala l-konferma tat-tkassir tieghu. Fl-ahhar mill-ahhar, iz-zwieg dejjem jitkisser minhabba d-dnub u d-dghufija umana.

Dan il-punt jaghmlu car San Cirillu ta’ Lixandra, wiehed mill-Missirijiet tal-Knisja. Huwa jghid hekk: “Mhijiex il-karta tad-divorzju li jiddissolvi z-zwieg f’relazzjoni ma’ Alla, imma l-agir zbaljat” (P.G. 72, 380 D). Dan ifisser li l-fatt li l-koppja tibqa’ mizzewwga legalment, l-ghemil distruttiv ta’ xi hadd mill-koppja jkun digà temm iz-zwieg minn qabel ma jsehh id-divorzju legali. San Gwann Krisostmu, Missier iehor tal-Knisja, isostni ftit aktar minn hekk. Jghid li n-nuqqas ta’ divorzju fi zwieg jista’ jwassal li jintilfu l-erwieh. “Huwa ahjar,” jghid Krisostmu, “li tispicca r-rabta milli li xi hadd jitlef ruhu” (P.G. 61, 155).

San Pawl u d-divorzju

Bhala Lhudi nisrani, San Pawl kien jaccetta d-divorzju wkoll. Fl-Ittra lill-Efesin (5:22-33) huwa jinsisti fuq il-qdusija u s-siwi enormi taz-zwieg u jasal biex iqabbilhom mal-ghaqda bejn Kristu u l-Knisja tieghu. Minkejja dan, fl-Ewwel ittra lill-Korintin San Pawl juri x’jahseb dwar id-divorzju. Mhux biss jaccetta l-interpretazzjoni ta’ Gesù dwar id-divorzju f’kaz ta’ porneja u nuqqas ta’ fekundità (minn-naha tal-mara), imma jzid ukoll istruzzjoni ohra tieghu (7:10-15). Din l-istruzzjoni jaghmilha ghal kazijiet fejn wahda mill-partijiet tal-koppja ma tkunx nisranija. San Pawl isostni li, ghalkemm zwieg bhal dan ikun jghodd, jekk tinqala’ sitwazzjoni ta’ impossibbiltà ta’ “ghajxien fis-sliem” bejn il-koppja, iz-zwieg ghandu jinhall. “Ghax Alla sejjhilkom biex tghixu fis-sliem,” isostni San Pawl (7:15).

Dan il-“privilegg Pawlin” iwessa’ l-interpretazzjoni ta’ Gesù. Hawnhekk m’ahniex nitkellmu aktar dwar porneja jew nuqqas ta’ fekundità femminili, imma aktar minn hekk. Qed nitkellmu fuq sitwazzjonijiet li jaghmlu l-hajja ta’ xi hadd mill-koppja impossibbli jew disperata minhabba l-agir tal-parti l-ohra. Il-principju li juza San Pawl biex jippromovi dan il-principju favur id-divorzju hu wiehed semplici daqskemm sensibbli: “Alla sejjhilkom biex tghixu fis-sliem”. L-impossibbiltà ta’ kuntentizza fiz-zwieg jidher li hi bazi bizzejjed biex San Pawl jestendi jew iwessa’ l-interpretazzjoni dejjqa ta’ Gesù ghal kazijiet ohrajn li ma jidhirx li Gesù kien jinkludihom fil-perspettiva tieghu taz-zwieg u d-divorzju.

Id-divorzu fi Knejjes Insara ohra

Il-Knisja Ortodossa u l-bicca l-kbira tal-Knejjes Protestanti jaccettaw id-divorzju wkoll. Il-membri ta’ dawn il-Knejjes insara ma jistghux jitqiesu bhala xi nies li ma jemmnux fil-valuri nsara jew li m’ghandhomx xi gharfien profond tal-Evangelji, tal-Iskrittura Mqaddsa jew tat-teologija nisranija. Ma jistghux jigu mwarrba bhallikieku kienu xi nies li mixjin mal-moda jew li jridu jinghogbu quddiem xi hadd (kif spiss jigu karatterizzati dawk li huma favur id-divorzju). Dawn huma insara veri u proprji, bi tradizzjoni nisranija relevanti u rispettabbli u li lkoll kemm huma jemmnu fil-qdusija u l-pre-eminenza taz-zwieg, tas-sagrament matrimonjali u l-familja.

Hemm zewg ragunijiet ewlenin ghala l-Ortodossi jaccettaw id-divorzu. Wahda hija r-rispett lejn it-taghlim ta’ Gesù, li kif rajna kien jaccetta d-divorzju, u t-tieni hija dik li jsejhulha l-“oikonimia”. Din tal-ahhar tirreferi ghal principju ta’ flessibbiltà fir-rigward taz-zwieg. Il-Knisja Ortodossa tiddikjara d-divorzju fuq zwieg fallut jekkemmildarba fih hemm abbandun, genn permanenti, adulterju, sforzar ta’ xi parti ghall-prostituzzjoni, jew periklu ghall-hajja ta’ xi parti.

Il-Knejjes Protestanti jaccettaw id-divorzju fuq il-bazi tal-Bibbja. La Gesù u l-appostli (inkluz San Pawl) kienu jaccettawh, allura l-insara ghandhom jaccettawh ukoll. Il-varjazzjoni bejn il-Knejjes Protestanti tinstab fir-ragunijiet li ghalihom ghandu jinghata d-divorzju. Xi whud huma aktar tollerabbli minn ohrajn. Xi whud joqoghdu attenti hafna li d-divorzju ma jintuzax bhala arma ohra kontra n-nisa.

Gesù u l-accettazzjoni tad-divorzju

Jidher li hemm erba’ konkluzjonijiet li nistghu naghmlu dwar il-hsieb, it-taghlim u l-prattika ta’ Gesù, li huma dawn:
  1. Gesù kien iqis iz-zwieg bhala ghemil qaddis.
  2. Gesù kien jaccetta wkoll id-divorzju.
  3. Gesù kien jaccetta d-divorjzu biss f’kaz li l-mara ma tistax tohrog tqila u/jew meta l-mara tinqabad f’adulterju, incest, lesbjanizmu, bestjalità, prostituzzjoni u/jew xi att sesswali illecitu iehor.
  4. Gesù kien jaccetta li, f’dawn il-kazijiet, id-divorzju mhuwiex ta’ bilfors, imma biss jekk irid ir-ragel.

Ir-rapport ta’ ProgettImpenn jimplika (6.3) li min hu favur id-divorzju mhux veru jappoggja jew ghandu ghal qalbu l-protezzjoni tal-familja bbazata fuq iz-zwieg. Wiehed jista’ jistaqsi: Allura Gesù wkoll jaqa’ f’din il-kategorija ta’ nies? It-twegiba hija evidentement “le”. Ghalhekk huwa car li min hu favur id-divorzju mhux necessarjament ma jappoggjax jew m’ghandux ghal qalbu l-protezzjoni tal-familja bbazata fuq iz-zwieg.

Ir-rapport isostni wkoll (5.5) li l-introduzzjoni tad-divorzju jrabbi “mentalità divorzista”. Wiehed jista’ jerga’ jistaqsi: Allura Gesù kellu jew ippromova mentalità bhal din? Zgur li le! Ghalhekk huwa car ukoll li mhemmx relazzjoni necessarja bejn l-introduzzjoni tad-divorzju u t-tkabbir ta’ mentalità divorzista.

Fuq pagna 6 tar-rapport ta’ ProgettImpenn jinghad li min jghid li jemmen fiz-zwieg u l-familja waqt li fl-istess hin jaccetta d-divorzju hu “kontradittorju”. Dan l-argument ma jregix. Ghax, apparti dawk ta’ konvenjenza, kull zwieg jinbeda bil-hsieb li jibqa’ ghal dejjem sal-mewt. Imma dan mhux dejjem jigri. Iz-zwieg jista’ jkun barka kbira meta jirnexxi. Imma meta ma jirnexxix jista’ jkun infern fuq l-art. Ma hemm assolutament ebda kontradizzjoni li, bhal Gesù, wiehed jemmen fil-qdusija u l-pre-eminenza taz-zwieg u l-familja u fl-istess waqt jaccetta d-divorzju. Jekk mhuwiex hekk, allura Gesù kien kontradittorju wkoll?

Raguni politika biss?

Forsi l-mistoqsija l-aktar relevanti li wiehed jista’ jaghmel f’dan il-kuntest hija din: Apparti l-argumenti validi kollha socjologici, psikologici, ekonomici, politici u l-bqija li tista’ ggib, ghala l-Knisja Kattolika―apparentement kontra l-Iskrittura Mqaddsa, kontra s-Santi Padri, u kontra t-tradizzjoni venerabbli tal-Knejjes Insara l-ohrajn―ma taccettax id-divorzju mqar fil-principju? Il-twegiba mhijiex facli, ghax apparentement ma jidhirx li hemm raguni valida wahda (li mhijiex socjologika, psikologika u l-bqija) ghala tinzamm din il-pozizzjoni. Wiehed jista’ biss jispekula li r-raguni hi biss politika. Ghax l-introduzzjoni tad-divorzju tista’ tnaqqas drastikament ir-rikors tan-nies ghaz-zwieg nisrani u presumibbilment hekk jista’ jonqos b’mod sinifikanti l-influss ekklezjastiku fuq il-poplu.

Fl-ahharnett, huwa importanti li jinghad li dan kollu li nghad hawnfuq mhuwiex xi argument favur id-divorzju jew favur l-introduzzjoni tieghu f’Malta. Xejn minn dan. Huwa biss stharrig riflessiv filosofiku f’certu diskors li jsir f’rabta mad-divorzju, specjalment minn istituzzjoni li hija indissolubbilment marbuta mal-hsieb, it-taghlim u l-prattika ta’ Gesù ta’ Nazaret.

Comments

  1. Skont int ghet li Gesu jaqbel ma divorzju mela please cekja din il link u ara xtahseb:

    http://www.gotquestions.org/divorce-remarriage.html

    ReplyDelete
  2. Ghaziz Chris, grazzi tal-kumment tieghek.

    Ma rridx - u lanqas ghandi ghalfejn - nghid wisq aktar milli ghedt ghajr dan: li l-artiklu li wrejtni huwa manifestament interpretazzjoni Katolika u, ghalhekk, komprensibbli. Sabiex tiskopri interpretazzjonijiet ohrajn jehtieg li wiehed ma jibqghux jghum biss fl-istess ilmijiet. Insellimlek.

    ReplyDelete
  3. Minghalija Gesu qal ukoll li d-divorzju dahal minhabba l-ghebusija ta' qalbkom ... fil-bidu ma kienx hekkk ....... allura kif nistghu jikkonkludu li Gesu kien favur id-divorzju .... accettazzjoni ta' sitwazzjoni ma tfisserx qbil mas-sitwazzjoni

    ReplyDelete
  4. Ghamilt oggezzjoni tajba. Fil-vangelu ta' San Mattew fejn dan li ghedt int jinsab, il-Farizew ippruvaw jiddefendu d-divorzju ghal kull haga, anki zghira. Gesu' jopponi dan u jghidilhom li Mose' accetta dan sempliciment ghall-ebusija ta' qalbkom (Mt 19:8). Izid ukoll li 'ma kienx hekk mill-bidu'. Dan ifisser li mill-bidu d-divorzju kien ghal kazijiet fejn xi hadd mill-koppja kien persistentement imur kontra l-Ligi ta' Alla u allura kien jaghmel sens li l-parti l-ohra tfittex li tiddefendi s-sigurta' ta' ruhha (apparti affarijiet ohra, bhall-wicc u l-fama socjali).

    Grazzi tal-kumment

    ReplyDelete
  5. Fr Mark, bnejt argumenti fuq it-tifsira tal-kelma "pornea", liema tifsira s'issa ghad m'hemmx qbil car fuqha.

    ReplyDelete
  6. Fl-artiklu ghedt bizzejjed dwar "porneia" u t-traduzzjoni li ssir taghha mill-punto di vista Kattolika. Ma jidhirlix li ghandi xi nzid. Grazzi.

    ReplyDelete
  7. Il-Knisja ahjar tippriedka l-Imhabba kif kien jghamel Gesu' milli tipprova tisforza n-nies kontra d-divorzju, ghax in-nies ghandhom mohh biex jahsbu u intelligenza li haqqha tigi rrispettata, u dik li qal fuq l-ghebusija ta qalbhom ghada tghodd sal-lum ghax in-natura tal-bniedem l-istess ghada minkejja l-avvanzi teknologici.. u m'ahniex aktar qaddisin min-nies ta' zmien Gesu'.. Ghalhekk jien naqbel ma' divorzju kif permess mil-iskrittura u mhux mil-Knisja li dawwret kollox biex izzomm il-Poter materjali li ghandha, u mhux biex issalvom mit-telfien ta' ruhhom fl-infern. Lesta li thallihom fl-infern tad-dinja basta zzomm il-poter taghha..

    ReplyDelete
  8. @Mark. Fis-sustanza, naqbel mieghek, ghalkemm l-ahhar bicca ftit generali zzejjed. Pero', hemm punt. Grazzi.

    ReplyDelete
  9. Mark, nerga mil gdid nistidnek taqra dan lartiklu: http://www.gotquestions.org/divorce-remarriage.html

    Inti bdejt bili et li Gesu hu favur id divorzju. Mela xtista tghid dwar dan il vers Malachi 2:16: “I hate divorce, says the LORD God of Israel.” dan huwa wiehed mil versi hemm hafna ohrajn, msomma int taf bizejjed m'hemmx alfejn nidlek jien.

    Il bibja fiha eluf ta pagni imma int ifukajt il diskors tieghek fuq xi sewg versi biss fil Bibja u l kelma porneia. u dawn il zewg versi mhummiex daqsek cari (straight to the point) daqs kemm kien il vers li etlek hawn fuq jien.

    Jien minix xi teologu jew studjajt ir religjon imma uzajt il mezzi possibli li huma Bibja inifisa u google search.

    Ma nafx jekk tafx imma Matthew kien jindiriza lil poplu Jewish, ghal daqstant il kelma porneia trit tfissira skont il jewish u mhux Greek. li tfisser incest (sexual intercourse between closely related persons) ghal Jewish, mentri al greek tfisser fornication kif ga et int. so nahseb (minghajr ma nigudikak) nahseb kont pjutost misleading fil blog tieghek.

    Nistidnek taqra dan artiklu li jfihem ezatt dak li et inti hawn fuq pero f perspetiva ohra li jien nemmen fiha.

    http://matt1618.freeyellow.com/divorce.html

    Rigward il kelma porneia nistidnek taqra dan lariklu u tara xi tfisser al jewish (pg 977 fuq il right nahha ta fuq)

    Liskop tieghi mhux li nigudikak dwar dak li et pero sipost qed nitkelmu dwar listess Bibja u Kristu imma l artiklu tieghek tefani l bahar ax hawadni. jekk tahseb li hemm xi haga li etlek jien li mhux vera jew hija zbaljat, let me know.

    Paci.

    ReplyDelete
  10. @Chris. Hadd ma jhobb id-divorzju. Dan jiggustifika kull kelma li tinsab gol-Bibbja jew xi mkien iehor kontrih. Id-divorzju jindika falliment u, ghalhekk, minnu nnifsu hu xi haga negattiva.

    Jien ikkoncentrajt fuq Gesu' ghaliex, safejn ghandna x'naqsmu ahna, hu mieghu li rridu norbtu l-aktar u mhux mat-Testment il-Qadim.

    il-kelma 'porneia' fissirtha kif jifhmuha l-Lhud u mhux il-Griegi.

    L-interpretazzjoni li tajt tal-kliem u l-intenzjoni ta' Gesu' bilfors ihawdek, bhalma hawwad lili qablek. Dan aktarx ghaliex tant imdorrijin naqraw b'tali mod u mhux b'iehor li donnu qajla nobsru li jista' jigi mifhum b'mod iehor.

    Nirringrazzjak tal-kummenti tieghek.

    ReplyDelete
  11. @Mark - kelma wahda jista jkolla diversi tifsirit. Issa jekk Matthew kien qed jitkellem mal Jewish mela kelma porneia INTI trit tinterpreta skont kif tinftiehem ghal Jewish u mhux bi LHUDI. b kull rispet, int bniedem t'Alla u mhux xiraq li tintepreta l kliem kif trit imma kif inhuma.

    Ma fimtx ghala m'ghandhiex nikunsidraw il tesment il qaddiem. Gesu huwa l - iben t'Alla u li jghid Gesu huwa iluminat min dak li jghid Alla permezz ta ibnu, u Alla qatt ma mar lura min kelmtu so jekk Alla qal li jobod id divorzju mhux ha jigi Gesu u jghid li hu favur ghax inkella trinita mhux vera tezisti u Gesu jkun qisu Muhammed li gie biex jirnaga li zbalji ta Gesu u profeti lohra, alura Gesu jkun qisu xi revoluzjonist u qed jiranga dak li qall Alla.


    As sahha tal argument, ejja ma niehdux l antik tesment ejja naraw il vangeli lohra xi jghidu, wara kollox mhux Matthew biss jezisti:

    In Luke 16:18 Jesus says:
    Every one who divorces his wife and marries another commits adultery, and he who marries a woman divorced from her husband commits adultery.

    imbad hemm

    Mark also records Jesus thoughts on the issue, Mark 10:2-12:

    2 And Pharisees came up and in order to test him asked, "Is it lawful for a man to divorce his wife?" 3 He answered them, "What did Moses command you?" 4 They said, "Moses allowed a man to write a certificate of divorce, and to put her away." 5 But Jesus said to them, "For your hardness of heart he wrote you this commandment. 6 But from the beginning of creation, 'God made them male and female.' 7 'For this reason a man shall leave his father and mother and be joined to his wife, 8 and the two shall become one flesh.' So they are no longer two but one flesh. 9 What therefore God has joined together, let not man put asunder." 10 And in the house the disciples asked him again about this matter. 11 And he said to them, "Whoever divorces his wife and marries another, commits adultery against her; 12 and if she divorces her husband and marries another, she commits adultery."

    Kiku vera Gesu huwa all out favur id divorzju seta jghid li Hu favur ta divorzju, ghax hatt ma kien se jzommu u dak li hu tajjeb, Gesu qatt ma laqlak biex qallu imma flebda kelma fil bibja ma nsibu ekk. u kiku rit ga kien jezisti l kmand ta Mose li kien jghid li jghid li ragel jista jidivorzja lil Mara tieghu, kiku Gesu kien favur divorzju kiku jien jghid li hu jaqbel ma Mose u ha jhalli kollox kif inhu, pero ma garax ekk anzi.

    Niringrazjak tali sib l hien u twiegeb lura. Paci

    ReplyDelete
  12. @Chris. Ibda' biex, "Jewish" u "Lhudi" huma l-istess haga.

    It-tieni, Alla qatt ma mar lura minn kelmtu u Gesu' ma rranga xejn mill-Antik Testment. Kulma ghamel hu li wasslu ghall-perfezzjoni. Dan ifisser li seta' kien hemm xi affarijiet fl-Antik Testment li rawhom b'mod imperfett u, ghaldaqstant, ghandna l-perfezzjoni ta' Gesu'.

    It-tielet, it-test ta' Luke 16:18 ("Every one who divorces his wife and marries another commits adultery, and he who marries a woman divorced from her husband commits adultery."). Il-kelma li hawnhekk jigi ttradota bhala "divorces", bil-Grieg hija "apoluwn", li tfisser "puts/sends away". Bil-Malti tingieb: "jibghat". Il-punt ta' Gesu' f'dan it-test huwa li ragel jibghat lil martu MINGHAJR ma jaghtiha l-karta tad-divorzju. Hu GHALHEKK li jwaqqaghha f'adulterju. L-argument huwa FAVUR id-divorzju u mhux kontra. Gesu' qieghed jopponi separazzjoni minghajr divorzju legali.

    Ir-raba', it-test ta' Mark 10:2-12 jindika li l-mistoqsijiet maghmula lil Gesu' MA KINUX jekk jaqbilx jew le mad-divorzju, imma jekk kienx favur li d-divorzju jinghatax GHAL XEJN B'XEJN (dak li llum insejhulu 'no-fault divorce') jew ghal raguni specifika hafna, cjoe' ta' "porneia" ('fault divorce'). Gesu' jippreferi tat-tieni. Id-diskors kien hekk:

    "Is it lawful for a man to divorce his wife?" - Il-Farizej qeghdin jistaqsu jekk ragel jistax jiddivorzja lil martu GHAL XEJN B'XEJN

    "For your hardness of heart he wrote you this commandment. But from the beginning of creation, 'God made them male and female.'" - Gesu' qieghed jghid li Mose' halliehom jibaghtu lil marthom GHAL XEJN B'XEJN minhabba l-ebusija ta' qalbhom.

    "What therefore God has joined together, let not man put asunder." - Gesu' qed jghid li dak li Alla ghaqqad LEGALMENT jew LECITAMENT ebda bniedem ma ghandu jifirsu ILLEGALMENT jew ILLECITAMENT.

    Fl-ahharnett, Gesu' ma kellux ghalfejn jghid li kien favur id-divorzju ghax kien OVVJU ghal kulhadd li KIEN, kemm ghan-nies ta' zmienu u kemm ghall-Knisja Appostolika.

    ReplyDelete
  13. Fr.Montebello, insellimlek. Fuq dak li ktibt, nahseb li rridu nistaqsu hu jekk Kristu kienx essenzjalment FAVUR id-divorzju jew KONTRA. Jekk noqoghdu ninterpretaw il-kliem bhal porneia nistghu nohorgu b'mitt raguni potenzjali ta x'seta ried ifisser Kristu. Kif jghid Jack Maohoney fost ohrajn,(http://www.thinkingfaith.org/articles/20090825_1.htlm) din il-kelma tista tirreferi anke ghal-sess ma persuna ohra fiz- zmien ta stennija ghaz-zwieg bhal ma kien San Guzepp meta Marija harget tqila, jew inkella ghaz-zwieg tal-pagani li gieli kienu jizzewgu b-mod illegali skond il-Lhud ez. jizzewgu lil-familjari taghhom u mbaghad jikkonvertu u jsibu ruhhom insara fi zwieg mhux permess.

    Personalment nara naqra mgebbda l-kumment li ghamilt dwar 'dak li jghaqqad Alla m-ghandux jifirdu l-bniedem.' Nahseb din is-sentenza cara bizzejjed u ma jidher fl-ebda cirkustanza li Kristu kien favur id-divorzju.Il-kliem tal-vangelu ta San Mark u meta tqis kollox anke ta San Mattew juru li Kristu kien car f-diskorsu u x-kien jahseb. Jien minix xi qaddis f-din il-haga tafx ghax anke jien kelli l-problemi tieghi pero still, go fija naf u nhoss li d-divorzju se jdahhal shift fil-mentalita tas-socjeta u meta persuna se tghid il-kliem 'till death do us part' dan mhu ser jibqghu ifissru xejn fir-realta ghax diga hemm sqaq fuq wara mnejn tahrab ghall-inqas raguni. Jien li nemmen hu li jrid isir aktar ghajnuna ghal koppji mil-Knisja u l-Istat qabel ma jkun tard wisq u niffokaw fuq x-irridu mhux x-ma rridux. Irridu nkunu pozittivi u nibnu familji sodi u nghinuhom mhux nigbru l-irmied ta dak li hu diga mkisser. Li hu diga mkisser ghandu bzonn l-ghajnuna u mhabba kbira u support taghna imma mhux nohloq a given system ta firda fis-socjeta. Still jiena nirrispetta l-opinjoni ta kulhadd u nifhem l-ugigh ta min qed ibati imma l-punt jibqa li fl-ahhar mill-ahhar nahseb bl-ebda mod ma nistghu nghidu li Kristu ppriedka li hu faqur id-divorzju bhal ma tista tigi nterpretata l-kitba tieghek, anzi nghid li Kristu hareg car li kien kontra l-firda .. u dan kien koncett li ppriedkah f-kull aspett tal-hajja.

    ReplyDelete
  14. Għażiż Fr Mark,

    Jekk raġel Kattoliku Ruman jingħaqad mal-Knisja Ortodossa, din tal-aħħar tista' toħroġlu digriet ta' divorzju jekk hu jkun iżżewweġ bil-Knisja (Kattolika)?

    Qed insaqsi dan għax ovvjament id-divorzju f'Malta huwa ċivili biss.

    U jekk il-Knisja Ortodossa toħroġ digriet ta' divorzju, dan jiġi rikonoxxut mill-Qrati Maltin?

    ReplyDelete
  15. Ghaziz Fr Mark. Qrajt dan l-artiklu tieghek u nghidlek is-sew gielni nahseb hafna. Il-folisofija int taf thaddimha sew, u f'idejk hi ghodda misnuna tajba, prosit. U mghandiex xi nghid li l-argument li poggejt hu validu hafna. Biss, dan qanqalli mistoqsija li nixtieq inpoggilek. Ghaliex l-Knisja Kattolika taghzel li tinterpreta dan kollhu b'mod radikalment differenti?

    ReplyDelete
  16. Life hija tajba Meta inti għandek dawk l-imħabba tiegħek madwar inti, I am qal dan meta i Minħabba li l-kwistjonijiet serp ma 'lover tiegħi u qatt ħajja meqjusa bħala ħaġa tajba, iżda grazzi għall Dr AGBAZARA ta AGBAZARA TEMPLE, għall tgħin me li jitfa jespliċitaw Li brought lover tiegħi lura lili Fi ħdan l-ispazju tal 48hours. Raġel tiegħi telqu lili għall-mara oħra wara 7years ta 'żwieġ, iżda Dr.AGBAZARA għinni mitfugħa jespliċitaw lilu li jinġiebu lura lili fi ħdan il-48hours. I am not se jgħidlek aktar dettalji dwar myself Pjuttost i se biss jagħtik parir dawk li qed ikollhom kwistjonijiet relazzjoni fil hemm jew dak Żwiġijiet Dr.AGBAZARA TEMPLE permezz dettalji ta 'kuntatt permezz proposition; (agbazara@gmail.com) jew agbazara@gmail.com
    LUCY mill-Istati Uniti.

    ReplyDelete
  17. Hallina Mark!, il-Bibja taf x'tghid, "jien (Gesu) nobghod id-Divorzju.
    Imissek tisthi !!

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?