Il-faqar tal-paternalizmu
Il-paternalizmu jittrattana ta’ tfal. Jittrattana bhallikieku konna nies li m’ghandiex hila niddeciedu ghalina nfusna. Bhallikieku ma nafux xi rridu. Il-paternalizmu jippretendi li ghandu xi dritt jiehu minn idejna r-responsabbiltà taghna nfusna. Li jagixxi minghajr il-kunsens taghna. Li jindahlilna f’hajjitna. Li jzommna dipendenti. Jezistu hafna ghamliet ta’ paternalizmu, l-aktar legali, istituzzjonali u inter-personali (jew individwali). F’din il-kitba nixtieq nistharreg il-bazi filosofika tal-paternalizmu, specjalment b’referenza ghall-hsieb ta’ ftit filosfi sinifikattivi, u mbaghad nislet principju baziku li bih inkunu nistghu niggudikaw il-paternalizmu u n-natura tieghu. Fl-ahhar nikkonkludi billi naghti indikazzjonijiet hfief ta’ kif jista’ jigi ttrattat bniedem paternalista. Kuntest filosofiku Qabel ma nigi ghal dawn it-tliet ghamliet ta’ paternalizmu, ghandu mnejn ikun xieraq jekk l-ewwel naghti daqqa’ t’ghajn hafifa lejn il-kuntest filosofiku tal-paternalizmu u kif ittra...