Registru tat-Tallaba

F’din il-kitba qieghed nipproponi li jitwaqqaf ‘Registru tat-Tallaba’. Jezistu fostna diversi nies, irgiel u nisa, li l-hin kollu jittallbu l-flus minghand persuni privati jew pubblici. Dawn it-tallaba mhux kollha huma genwini. Bosta minnhom mhumiex. Dawn in-nies jisfruttaw bis-shih il-fatt li d-donaturi taghhom ma jikkoordinawx ma’ xulxin.

Problema ta’ kulljum precett

Kuljum precett ― jixhed minn hu mgarrab ― ihabbtu fuq bibien privati jew pubblici ghadd ta’ tallaba li jridu l-flus. Ir-ragunijiet li jgibu huma bla qjies u xi whud anki immaginattivi wkoll. It-tattika hija dejjem l-istess wahda: dejjem jippruvaw igibulek qalbek daqs gungliena u tithassarhom. Hafna hekk jaghmlu u jaghtu dik ix-xi haga li jistghu.

Xi whud minn dawn it-tallaba jkunu genwini. Tassew ikunu f’sitwazzjoni tal-biki. Mhemmx xejn hazin li wiehed jaghti minn qalbu xi haga tal-flus sabiex itaffi l-mizerja ta’ dak li jkun. Imma l-bicca l-kbira tat-tallaba li kuljum precett ihabbu l-bibien tan-nies, kemm jekk ikunu cittadini privati u kemm jekk jokkupaw xi kariga pubblika, mhumiex genwini. Huwa nies li jqarrqu b’haddiehor.

Dawn is-sangisugi ghandhom hila kbira bid-diskors. Iduru l-bibien ta’ bosta persuni bil-hsieb li jiehdu xi haga minghand kulhadd u hekk idabbru somma gmielha. Xi whud sahansitra joholqu pressjoni konsiderevoli fuq xi whud u anki jgeghluhom ihossuhom hatja hafna jekk ma jaghtuhom xejn.

Htiega ta’ koordinament

Ovvjament la jien kontra l-karità u lanqas ma jien favur li n-nies jghixu fil-mizerja. Il-kazijiet genwini wiehed ma jistax sempliciment jissodisfa ruhu billi jaghtihom dik ix-xi haga tal-flus. Wiehed irid jara x’inhuma l-kawzi tal-miserja ta’ persuna jew ta’ familja u jipprova jittrattahom b’mod holistiku jew jirreferihom ghal min jista’ jaghmel dan. Ghallanqas jien hekk naghmel.

Imma l-kazijiet li mhumiex genwini jehtieg li jigu ttrattati b’mod iehor. Kappillani, patrijiet, sorijiet, cittadini privati, nies f’ufficcji pubblici, kumpaniji u persuni ohrajn il-hin kollu, kuljum, ihabbtu wicchom ma’ ghadd ta’ tallaba li, jekk wiehed ifittex ftit, jintebah li mhumiex ghajr sangisugi u sfruttaturi ta’ haddiehor.

Il-kappillani kienu ghamlu regola li jaghtu l-flus lil min hu tal-parrocca tieghu biss. Imma evidentement dan mhuwiex bizzejjed. Il-fatt li kappillan ma jaf x’inhu jaghmel l-iehor f’dan il-qasam, jew anki ma jafx x’inhuma jaghmlu d-donaturi l-ohra kollha, jaghti lok biex persuni mhux genwini jibqghu jduru lil kulhadd biex bin-naqra n-naqra jiksbu fuq dahar haddiehor somma konsiderevoli. Kuljum precett. 365 jum fis-sena.

Skop ta’ gustizzja distributtiva

Jien nipproponi li jitwaqqaf Registru (jew ‘database’) ta’ dawn in-nies halli nkunu nafu daqsxejn min hu genwin u min mhuwiex; min tassew qieghed jaghmel uzu tajjeb mid-donazzjonijiet li jaqla’ u min qieghed biss jisfrutta l-qalb tajba ta’ haddiehor. Dan ir-Registru jista’ jigi kkoordinat mill-Caritas jew min xi hadd iehor li d-donaturi jistghu jikkonsultaw facilment.

Il-fatt li ma hemm ebda koordinament bejn id-donaturi qieghed sempliciment izid l-isfruttament taghhom infushom u jaghmel ingustizzja ma’ min hu tabilhaqq genwin. Mal-hazin qieghed jehel it-tajjeb u dan m’ghandux ikun. Il-karità hi tajba u mhegga, imma mhux il-qerq u l-‘bammizmu’.

It-tallaba qeghdin jizdiedu. Dan hu fatt socjali li jista’ jixhed ghalih kullmin jaghmilha man-nies fit-triq. Imma l-kazijiet ta’ tallaba qarrieqa ― drogati, ghaxxiexa, frodisti u mhux ― qieghed jizdied ukoll. Registru tat-Tallaba jsolvi xi ftit din il-problema u jrazzan lil dawn l-isfruttaturi milli jkompli jiksru ras in-nies.

Dwar dan, nixtieq l-opinjoni tieghek (email hawnisfel) halli jien stess inkun nista’ nara x’nista’ naghmel halli dan ir-Registru jitwettaq minghajr ma johloq ingustizzja distributtiva ma’ min hu tallab genwin. Grazzi.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?