Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (12)
IT-TNAX-IL PARTI Meta nitkellmu dwar religjositajiet jew spiritiwalitajiet ta’ xejra ‘moderna’, l-ewwel ma forsi ghandhom jigi f’mohhna f’dan ir-rigward huwa x-xjentologisti. Il-Knisja tax-Xjentologija bdiet fis-snin hamsin tas-seklu l-iehor minn Lafayette Ronald Hubbard (1911–1986) u hija mifruxa mad-dinja kollha. Fil-gzejjer taghna l-bosta Maltin u Ghawdxin li xi ftit jew wisq jemmnu fit-taghlim xjentolgu mhumiex ftit. Minkejja li dawn jidher li jzommu profil baxx fix-xena pubblika, il-prezenza taghhom fil-fenomenu religjuz tas-socjetà Maltija kontemporanja aktarx ma tistax titqies insinifikanti. Drittijiet umani Twemmin iehor, forsi anqas maghruf bhala tali, imma b’daqshekk mhux anqas ‘religjuz’, huwa dak fid-drittijiet tal-bniedem. Id-‘Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem’, maghmula mill-Gnus Maghquda fl-1948, tista’ titqies bhala l-quccata ta’ riflessjoni relattivament gdida dwar il-bniedem u l-hajja tieghu f’kull aspett taghha. Izda dan id-dokument ta wko...