Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (8)

IT-TMIEN PARTI

F’dawn l-ahhar snin, bil-bidla fil-kap lokali taghha, il-Knisja Kattolika ppruvat, aktarx ghat-tieni darba f’hamsin sena, tirkupra d-dannu serju li kien sar bit-thaddin ta’ din il-politika ekklezjastika. Imma l-bidla tidher li kienet xi ftit jew wisq kosmetika. Ghallanqas ma jidhirx li ghad hemm xi pjan strategiku mahsub serjament sabiex jinbidlu l-istrutturi tal-Knisja Kattolika halli tkun istituzzjoni li tkun tixraq aktar ir-realtà moderna jew il-htigijiet kontemporanji tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Sens ta’ individwalizmu

Id-distakk minn maghha li l-politika ekklezjastika kwazi kwazi imponiet fuq il-membri taghha bejn wiehed u l-iehor fl-ahhar terz tas-seklu ghoxrin aktarx ghen sabiex kabbar is-siwi li l-bicca l-kbira tan-nies bdew jaghtu lill-individwalità taghhom. Dan tkompla jissahhah b’tishiq qawwi fuq libertajiet li qabel ma kinux maghrufa wisq f’Malta u Ghawdex, bhal-libertà ta’ azzjoni, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-kult u hwejjeg bhal dawn.

Dawn―flimkien man-nuqqas ta’ hakma kulturali li garrbet il-Knisja Kattolika―nisslu f’hafna nies sens ta’ individwalizmu qawwi. F’ohrajn, nissel sens ta’ responsabbiltà personali aktar hielsa minn kull impozizzjoni awtoritattiva. B’hekk aktar u aktar Kattolici saru mhux biss aktar kritici lejn it-taghlim tal-Knisja taghhom, partikularment dak morali, imma bdew ukoll ihossuhom anki liberi li jagixxu separatament minn dak it-taghlim. L-uzu mifrux ta’ kontracettivi artificjali, nghidu ahna, ir-rikors ghall-abort f’pajjizi barranin (peress li fil-gzejjer Maltin ghadu illegali), il-prattika tas-sess qabel jew barra z-zwieg, il-ko-abitazzjoni, l-uzu ta’ hwejjeg seducenti, relazzjonijiet sesswali bejn nies tal-istess sess, in-nuqqas ta’ smigh tal-quddies il-Hadd, in-nuqqas ta’ uzu tas-sagrament tal-qrar, u hwejjeg bhal dawn, kollha jidher li rregistraw zieda sostanzjali fost il-Maltin u l-Ghawdxin, presummibilment anki fost hafna Kattolici, u dan, naturalment, kontra d-direttivi espliciti tat-taghlim Kattoliku.

Libertà morali

Dan aktarx juri li, mhux biss bicca kbira mill-poplu Malti u Ghawdxi ma baqghetx tqis lilha nnifisha marbuta li tobdi l-istruzzjonijiet morali Kattolici, imma wkoll li l-Kattolici stess bdew jaghzlu ma’ liema minn dawn l-istruzzjonjiet tal-Knisja taghhom jikkonformaw irwiehhom jew le. Jidher li whud dan ghamluh sempliciment ghax kien konvenjenti ghalihom, imma ohrajn aktarx ghamluh ukoll ghax deherilhom li ma setghux jaccettaw istruzzjonijiet li donnhom kienu antikwati u irragonevoli. Jidher li dawn il-Kattolici dahhluha f’mohhhom li, f’certi oqsma tal-hajja personali taghhom, setghu liberament jiddeciedu ghalihom infushom minghajr biza’ ta’ xi kundanna f’din id-dinja jew ta’ xi gudizzju fid-dinja l-ohra.

Din ic-certa libertà morali ntweriet ukoll f’oqsma ta’ natura aktar wiesgha, bhal, nghid ahna, fl-attitudni negattiva mehuda minn hafna nies―inkluz bosta Kattolici―kontra l-immigranti illegali li jaslu fuq xtutna biex jaharbu mid-disperazzjoni ta’ arthom. Dan minkejja l-principji ta’ solidarjetà u ospitabbiltà li xxandar il-Knisja Kattolika. Tintwera wkoll fit-thaddin tal-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin tal-prattiki―hafna drabi ingusti―tas-suq hieles minkejja s-sejha kostanti tal-Knisja Kattolika ghall-gustizzja u l-kummerc gust.

Firda bejn religjon u spiritwalità

Min-naha l-ohra, tintwera wkoll fl-istat esegerat, profan u sahansitra xi kultant sagrilegu tal-festi religjuzi minkejja li dan jintwera car li mhuwiex skond ix-xewqa u r-rieda tal-Knisja Kattolika.

Dan kollu jurina, mhux biss id-dghufija morali tal-Knisja Kattolika f’Malta u Ghawdex, imma fuq kollox il-fizjonomija gdida li kisbet il-komunità Kattolika fil-gzejjer Maltin.

Fenomenu religjuz interessanti fis-socjetà Maltija llum―kemm f’xi whud li hallew il-Knisja Kattolika u kemm f’ohrajn li ghadhom iqisu ruhhom bhala Kattolici (anki jekk mhux bil-fors fil-prattika jew is-sena kollha), hi l-firda li tidher li bdiet issir minn hafna nies bejn religjon u spiritwalità.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?