Filosofija u Drittijiet Maltin
Bejn l-aħħar ġimgħa ta’ Frar u l-aħħar ġimgħa ta’ April se nkun qed nagħti żewġ korsijiet li nixtieq nistiednek għalihom. Wieħed se jittratta dwar il-filosofija f’Malta u l-ieħor id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin. Huma suġġetti li għandhom jinteressaw lil kulħadd għaliex fihom se nistħarrġu flimkien oqsma interessanti ferm tal-ħsieb Malti u tal-ħajja tagħna l-Maltin. Il-korsijiet Il-korsijiet qegħdin jiġu organizzati mid-Direttorjat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, fi ħdan iċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ikollhom għaxar lezzjonijiet biss kull wieħed. Kull lezzjoni tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija u tintemm fit-8.00. Kull kors ikollu n-noti tiegħu ħalli tkun tista’ ssegwi sewwa. Dawn il-korsijiet se jsiru l-Imsida, eżatt ħdejn il-Higher Lyceum, fiċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Kulmin jattendi jingħata ċertifikat uffiċjali ta’ attendenza. Fl-aħħar tal-korsijiet, mhemmx eżamijiet u lanqas ma tkun obbligat jew obbligata tikteb xi essej. L-iskop huwa li ...