It-tragedja ta’ Berry Lee
Il-kaz ikreh u sfortunat li sehh fil-habs ta’ Kordin it-Tlieta li ghadda hallieni b’qalbi maqsuma ghal kollox. Il-mibki Berry Lee, Ingliz ta’ 45 sena, li ha hajtu b’idejh f’cella ta’ Divizjoni Sitta, kien vittma ta’ bosta cirkustanzi li lkoll flimkien wassluh sabiex jiehu dan il-pass fatali. Prigunier bhal haddiehor Berry kien tip kwiet mhedi bil-kotba u l-muzika. Kellu l-hbieb tieghu u kien imur tajjeb ma’ kulhadd, izda kien ihobb izomm il-problemi tieghu ghal wiccu biss. L-inkwiet li wasslu l-habs u d-diversi stramberiji tal-processi gudizzjarji tieghu kien jinkwieta bihom hu biss, minghajr ma joqghod jghabbi lil haddiehor bihom. Ic-cirkustanzi ta’ mewtu, ghalkemm certament xi whud se jippruvaw isibu raguni wahda responsabbli ghalihom ilkoll, kienu diversi. Ma kinux biss personali, imma wkoll istituzzjonali. Berry kien wiehed biss minn madwar hames mitt prigunier li llum jghixu fil-habs taghna f’kundizzjonijiet mhux dejjem felici. Hu facli li nisthajlu li Berry kien xi prigun...