Twegibiet lill-Musulmani
F’Settembru li ghadda, habibi u siehbi Patri Joe Ellul, Dumnikan, bghattli l-ktieb l-gdid tieghu ‘Il-Ghala tat-Tama li Ghandna: Twegibiet lil hutna l-Musulmani’. Apparti l-kontenut tieghu, stennejt li se nsib fih xoghol ta’ kalibru kif is-soltu jaghtina Patri Ellul, u ma kontx iddizappuntat. Ta’ bniedem studjuz u mharreg fit-tema li ttratta, Patri Ellul tana xoghol interessanti ferm u siewi ghas-socjetà taghna. Bniedem kompetenti Ghal min ma jafx lil Patri Ellul, dan tharreg professjonalment fl-istudji Arab u Islamistici fl-Istitut Pontificju ta’ Ruma li jispecjalizza f’dawn l-oqsma. F’Ruma tharreg ukoll fit-teologija ekumenika fl-Università Angelicum. Kemm Ruma u kemm fl-Università ta’ Malta, jghallem dwar ir-rabtiet bejn il-knejjes Insara tal-Lvant Qarib u l-Izlam fiz-Zminijiet tan-Nofs, kif ukoll dwar it-tradizzjoni filosofika u teologika tal-Izlam u l-hsieb ta’ San Tumas t’Akwinu. Barra mit-taghlim li jaghmel, Patri Ellul hu d-Delegat tal-Arcidjocesi ta’ Malta ghad-djalogu ...