“Irridu Stat lajk!”

Xahar ilu, fi tmiem ghaxart ijiem ta’ konferenza generali, Joseph Muscat, il-Kap tal-Partit Laburista ghamel diskors interessanti (u, fil-fehma tieghi, importanti) li fih offra, ghall-ewwel darba f’xi tletin sena, vizjoni realista u vijabbli ghall-partit tieghu u ghan-nazzjon Malti.

Rabta ma’ Idea

Kien hemm bzonn daqshekk zmien―madwar tletin sena―sabiex il-partit jistejqer mill-figura monumentali tal-Perit Mintoff u l-vojt li halla warajh. F’dan iz-zmien kollu, kien hemm strategija ghaddejja min-naha tal-Partit Nazzjonalista li sfrutta b’sengha perfetta u makkjaveljana l-luttu twil u konfuz tal-Partit Laburista.

Din l-istrategija u dan il-luttu nistghu nghidu li ntemmu xahar ilu, fis-7 ta’ Frar tal-2010, meta Joseph Muscat ghamel, saflahhar, sejha li tinftiehem: “IRRIDU STAT LAJK!”. Il-htiega u l-attwalità ta’ din l-istqarrija hija appoggjata mix-xjenzi socjali, politici u ekonomici, mill-filosofija tar-realtà storika u mis-sens komun.

Ghall-ewwel darba f’dan iz-zmien kollu, jekk mhux aktar, il-Partit Laburista issa jidher li mhux se jibqa’ jdur u jterraq wara l-karru ta’ haddiehor. Aktar minn hekk, jidher li mhux se jibqa’ aktar b’denbu bejn saqajh, imbezza’ mid-dell tieghu stess jew qisu bniedem li ma jafx fejn se jaghti rasu. Issa, bhala “moviment b’rabta ma’ idea”, kif qal Joseph Muscat stess, il-partiti ghandu vizjoni li tista’ tiddentifika ruhha maghha l-bicca l-kbira tal-poplu taghna.

Proposti konkreti

Din il-vizjoni u din l-idea ma jidhrux li huma fl-ajru. Joseph Muscat lahhamha bi hwejjeg konkreti: il-principju tan-newtralità, il-harsien tad-demokrazija, ir-rispett lejn il-hajja privata tal-individwu, l-ghozza tal-familja, l-istima lejn id-diversità u l-ugwaljanza, il-protezzjoni tal-haddiem, it-tishih tas-sistemi tas-sahha u l-edukazzjoni, l-izvilupp tar-ricerka u l-innovazzjoni, is-solidarjetà socjali, l-ghozza tal-anzjani, il-harsien tal-ambjent, it-tishih ta’ sistema fiskali kompetittiva, il-protezzjoni tal-biedja u s-sajd, il-gustizzja socjali, il-principji tal-meritokrazija u t-trasparenza, l-izvilupp tat-teknologija u l-informatika, ir-riforma tas-sistema gudizzjarja, barra hwejjeg ohrajn.

Dawn huma proposti konkreti, pozittivi u, fic-cirkustanzi storici attwali taghna, anki vizjonarji. Fuq kollox, kollha jorbtu ma’ xulxin u jseddqu lil xulxin. Hu ghalhekk li jista’ wiehed ihoss li d-diskors ta’ Joseph Muscat f’dik il-Konferenza Generali sinifikanti, tassew ma kienx biss xi ghajta ghal rebha elettorali, imma programm ta’ hidma b’immaginazzjoni friska u harsien fit-tul.

Tassew, kien hemm xi waqtiet fejn f’xi oqsma Joseph Muscat seta’ halla aktar spazju ghall-maturazzjoni futura tal-‘lajcizmu’ li ppropona. Bhal meta, nghidu ahna, tkellem kontra l-abort (skond kuncetti xovinisti), qabel ma’ pieni kriminali ehrex (skond hsieb sorpassat) u ssuggerixxa li t-thejjija ta’ koppji ghal zwieg civili tista’ ssir mill-Knisja jew f’“sinergija” maghha (skond ideat pre-sekulari).

Tama u fiducja

Izda apparti dawn id-dettalji, il-fatt li Joseph Muscat vara, fi kliemu stess, “partit b’bazi wiesgha”, “moviment usa’ minn partit” u “partit miftum mir-rabtiet tal-bierah li jhares lejn il-helsien ta’ ghada”, huwa vitali fih innifsu. Dawn l-ideat kienet ilha tinhass il-htiega taghhom―anki f’kontinwazzjoni ta’ dak li wettaq il-Perit Mintoff fis-sebghinijiet―izda li hadd ma xiref biex ixandarhom, u forsi anki jwettaqhom, f’livell daqshekk gholi bhalma ghamel issa Joseph Muscat.

Jidhirli jien li l-Konferenza Generali li ghaddiet tal-Partit Laburista ghamlet xi haga importanti: regghet qieghdet lill-partit fuq binari li jistghu jwasslu xi mkien. Ic-crieki vizzjuzi tal-ahhar tletin sena donnhom saru issa xi haga tal-imghoddi u ghandna bidu ta’ qaclieq ’il quddiem.

Il-partit ghazel li jiddiskuti, jistaqsi, jinbidel u, fuq kollox, jilqa’ l-isfida tal-Istat lajk. F’dan kollu, hemm motiv ta’ tama u fiducja.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?