Lealtà lejn min?

Ftit tal-gimghat ilu, ix-xena politika lokali offritilna okkazjoni mhux tas-soltu. Wara hafna tlugh u nzul, din wasslet ghal mozzjoni fil-parlament li, meta tqieghdet ghall-vot, spiccat m’ghaddietx. Ghalkemm l-ispettaklu kollu ma damx wisq, tana l-opportunità li nahsbu mhux hazin. L-aktar hsieb li laqat lili kien li, fl-ahhar mill-ahhar, ikoll gejna wicc imb’wicc ma’ wahda mir-realtajiet taghna: ir-rabta tal-lealtà li bosta minna ghandna. Ir-regola Xi rrid nghid bih dan? Irrid nghid li, apparti li, meta gejna ghas- si u n- no , il-muntanja welldet gurdien, welldet xi haga ohra li ma kellniex ghalfejn nistaghgbu biha. X’kienet? Kienet li, wara kollox, il-leatà ta’ min qajjem is-saram kollu kienet marbuta, mhux ma’ xi ideal jew ma’ xi principji gholjin, izda mal-istituzzjoni. Ghala ma kellniex ghalfejn nistaghgbu b’dan? Ghax il-bicca l-kbira taghna huma hekk; il-bicca l-kbira taghna jaghzlu li jorbtu l-leatà taghhom aktar ma’ xi istituzzjoni li jserhu maghha u hi sserrah fuqhom,...