ACTA: pulizija gdida

“ACTA” hija “Anti-Counterfeiting Trade Agreement” fil-qosor, jigifieri l-Ftehim Kummercjali Kontra Affarijiet Ikkoppjati. Flimkien ma’ ohrajn, il-gvern taghna ffirma dan il-ftehim f’Tokyo fis-26 tax-xahar li ghadda. Fid-dieher, l-ACTA tippoza bhala ghodda li tikkontrolla fuq l-Internet l-ikkoppjar bla permess; fir-realtà, mhijiex ghajr il-holqien ta’ korp gdid ta’ pulizija li ghandu d-dritt ihuf fil-hajja privata tan-nies, jiccensurahom u sahansitra jikkastigahom.

Libertà mhedda

Jum jew iehor, l-ACTA kellha tinholoq. Mill-bidu deher car li l-libertà assoluta tal-Internet ma kinetx se tkun tollerabbli ghall-gvernijiet taparsi demokratici li tahthom nghixu. Pajjizi ohrajn li s-setgha taghhom tiddependi anqas fuq ir-rieda tal-poplu, ilhom hafna li hadu l-pass li jorbtu l-kitla ta’ min ghandu access ghall-Internet fost il-popli taghhom.

It-gvernijiet taparsi demokratici tal-Punent dan kienu kkundannawh. Izda issa iridu jaghmlu ezattament l-istess. Permezz tal-ACTA, iridu joholqu korp ta’ pulizija indipendenti minn kull entità ohra li digà tezisti (bhall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali u l-Gnus Maghquda) li ghandu d-dritt legali li jissajja wara n-nies li juzaw l-Internet.

Bl-ACTA, il-libertà kollha tal-Internet se tispicca. Il-barrieri virtwali li jezistu―‘user names’, ‘passwords’ u l-bqija―se jsiru haga tar-redikolu. Il-pulizija tal-ACTA se jkunu jistghu jindahlu f’kollox, jidhlu f’kull sit, ihufu kemm iridu, minghajr ma jwaqqafhom hadd u minghajr m’ghandu setgha fuqhom hadd.

Ftehim fil-mohbi

Kulhadd jaf li d-demokrazija tal-Punent hija dahka fil-wicc. Hija mahduma b’tali mod li taghti s-setgha lil min trid u zzomm f’dipendenza lil hafna u hafna ohrajn. L-iskop hu purament kummercjali u kapitalistiku. F’din l-iskema, l-Internet zviluppa bhala spazju hieles minghajr kontrolli fuq il-komunikazzjoni u l-espressjoni.

Dan l-ispazju, issa, tant sar kbir u determinanti f’hafna oqsma―fosthom il-politika u l-kummerc―li d-demokrazija tal-Punent, jew ahjar il-gvernijiet li jilaghbuha tar-rapprezentanti taghha, ma jistghux jittollerawh aktar. Qieghed ifixkilha fil-kilba dejjem akbar li ghandha li ssaltan bis-sahha tal-kontroll.

Ghal sentejn shah, bejn l-2006 u l-2008, in-negozjati ghall-holqien tal-ACTA sar fis-sigriet bhal konfoffa bejn hallelin. Bdew il-Gappun u l-Amerika, imbaghad inghaqdu maghhom il-Kanada, l-Unjoni Ewropea u l-Izvizzera. Li kieku fl-2008 is-sit famuz Wikileaks ma kixfilhomx il-borma, kollox kien jibqa’ ghaddej fis-satra; il-konfoffa kienet tibqa’ ghaddejja minn taht minghajr ma jintebah hadd.

S’issa, iffirmaw l-ACTA wiehed u tletin pajjiz―inkluz Malta―u l-ftehim jidhol fis-sehh malli sitta minn dawn il-pajjizi jirratifikawh.

Hu azzjoni issa!

Il-morsa “demokratika” fuq il-hajjiet taghna lkoll waslet biex tinghafas aktar. Il-protesti u l-oppozizzjonijiet mhumiex qed jonqsu, kemm minn eluf ta’ nies privati u kemm minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet civili, nazzjonali daqskemm internazzjonali, li qeghdin jagharfu sew il-periklu kbir li tahbi l-ACTA f’hobbha.

Il-principju ewlieni tal-ACTA huwa li l-kummerc m’ghandu jtellfu XEJN, lanqas il-libertà tal-individwu jew id-drittijiet umani tieghu. Dan mhuwiex xi kummerc gust. Huwa kummerc li jkompli jikkoncentra l-gid dinji f’idejn il-ftit billi jisirqu mill-gid dinji tal-hafna. Huwa kummerc li jimxi mal-ligi tal-gungla fejn ‘might is right’ (isaltan min jiflah).

L-ACTA hija pass iehor, fost hafna ohrajn, li pproduciet it-taparsi demokrazija tal-Punent fl-ghamliet kollha taghha. Ahna lkoll hielsa fil-limiti tal-gageg li jibnulna. Il-problema hi li ma nistghux naharbu. L-ACTA, issa, li l-gvern taghna digà accetta, qieghda thedded li taghmel dawk il-gageg izghar.

Ninsabu impotenti quddiem dan kollu? Le! Zur dan is-sit: http://www.avaaz.org/en/eu_save_the_internet_spread u nghaqad ma’ mijiet ta’ eluf ohrajn f’petizzjoni lill-membri tal-parlament Ewropew sabiex l-ACTA tinzamm milli tidhol fis-sehh. Hu azzjoni issa! Ghada jista’ jkun tard wisq!

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?