Irlanda mqarba

Fit-22 ta’ Mejju li għadda l-Irlanda ma ġabitx ruħha sew. Qagħdet naughty . Għala? Għax referendum li ma kellux jgħaddi f’pajjiż fejn ħamsa u tmenin fil-mija (85%) huma Kattoliċi, għadda b’aktar minn tnejn u sittin fil-mija (62.2%). Kien ir-referendum favur iż-żwiġijiet tal- ‘gays’ . “Din kienet telfa għall-umanità,” sejħilha s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan. Kienet ukoll okkażjoni storika. Għax l-Irlanda sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva ż-żwiġijiet gay b’vot popolari. Telfa loġika Ċertament kienet telfa—anzi, tkaxkira—għal min ma riedx li r-Referendum jgħaddi. Kienet rebħa għall-bqija. Fuq kollox, rebħa għal min jemmen fl-ugwaljanza u r-rispett ta’ ħaddieħor. Rebħa għal min jemmen li taħt il-kappa tax-xemx hawn spazju għal kulħadd. Fl-Irlanda waqt il-kampanja għar-Referendum ġara l-istess dak li ġara f’Malta meta ġew diskussi ż-żwiġijiet gay u meta sar ir-referendum tad-divorzju. Ħafna tkellmu dwar jekk iż-żwiġijiet gay humiex tajbin fihom infushom jew le. Mhux dwar ...