L-istruttura kjażtika tal-Kantilena

Fis-7 ta’ April li għadda, f’diskors li għamilt l-Università ta’ Malta, ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaru ma kinetx waħda lineari kif dejjem inħaseb sa dak in-nhar. Ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena hi waħda ‘kjażtika’, kif se nfisser hawn taħt. Kumbinazzjoni, din il-proposta tiegħi qed issir f’għeluq il-50 sena mis-sejba tal-Kantilena minn Mikiel Fsadni fl-1966. F’dawn l-aħħar 50 sena, ħadd ma jidher li ddubita li l-istruttura tal-poeżija medjevali tas-seklu 15 kienet waħda lineari. Kif se nuri, jien tajt evidenza kemm interna kif ukoll esterna biex nipprova din il-proposta tiegħi. Struttura kjażtika Il-fehma li l-istruttura tal-Kantilena kienet waħda lineari tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li l-Kantilena hi poeżija konvenzjonali bħal kull poeżija oħra jew test letterarju ieħor. Din il-fehma kienet tonqos li tqis l-istruttura tal-Kantilena b’mod sħiħ jew ħolistiku. Qari aktar attent tal-Kantilena juri li l-istruttura tal-poeżija hija ferm aktar kum...