Nies imsallba; ħajjiet imkissra

Spiss jiġri li bosta minna jgħixu ħajjithom imsallba. Għal xi raġuni jew oħra, ħajjithom ma toħroġx kif ippjanawha jew basru. Xi wħud jirnexxielhom jaċċettaw dan kollu filwaqt li oħrajn jitkissru taħt it-toqol tat-tiġrib. Ħajjiet imkissra hawn kemm trid. Nies imsallba hawn bla għadd. Iżda wkoll tama. Ħafna tama. U, fejn hemm it-tama, il-ħajja ma tmutx. Attività annwali Dan se jkun is-suġġett ewlieni ta’ diskors li Karl Borg se jagħti nhar il-Ġimgħa li ġej, 3 ta’ Ġunju, ġoċ-ċentru tal-kreattività, il-Kavallier ta’ San Ġwann, il-belt Valletta, fl-okkażjoni tat-Taħdita Annwali tal-Filosofija. L-attività tibda fis-7.30 ta’ filgħaxija. Din hija r-raba’ darba li qiegħda ssir din l-attività prestiġjuża. Hija organizzata mill-fondazzjoni ‘Philosophy Sharing’ u fiha jiġi ppreżentat diskors li l-iskop ewlieni tiegħu hu li jiftaħ orizzonti ġodda ta’ ħsieb u diskussjoni. L-attività ssir biss darba f’sena u uffiċjalment tissejjaħ l-‘Annual Philosophy Lecture’. Għaliha jista’ jattendi kul...