Mintoff ta’ 100 sena

Nhar is-Sibt li ġej, 6 ta’ Awwissu, festa tas-Salvatur, il-Perit Dom Mintoff jagħlaq 100 sena minn twelidu. Bosta attivitajiet din il-ġimgħa se jfakkru dan l-anniversarju speċjali. L-iskop ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet huwa, nobsor jien, li jagħtu opportunità ħalli nagħarfu lil Mintoff xi ftit aħjar, niċċelebraw ħajtu u ħidmietu, u nifhmu aktar is-sehem li kellu fil-bidla għall-aħjar li kiseb il-poplu Malti permezz tiegħu. Iċ-ċappa t’intietef Jista’ jkun hemm skop ieħor ma’ dawn, forsi anqas popolari llum. Jiġifieri dak li nisiltu l-prinċipji ewlenin tal-ħsieb u l-ħidma tiegħu li nagħarfuhom bħala tajba u nagħmlu ħilitna biex napplikawhom għaċ-ċirkustanzi l-ġodda ta’ żmienna. Nifhem li għal bosta llum dan ma jagħmilx sens. Jemmnu li Mintoff kien bniedem ta’ żmienu u llum m’għadx għandu post għax id-dinja u l-politika tbiddlu għal kollox. Li dawn tbiddlu m’għandix dubju. Li Mintoff m’għandux post aktar illum, għandi. Jidhirli li hemm ħwejjeġ fil-filosofija politika tiegħu li j...