Librerija qatt mitmuma?
Bieb il-belt Valletta, li tlesta aktar minn sena ilu, igawdih kulħadd, inkluż il-mijiet ta’ turisti li jgħaddu minnu ta’ kuljum. Id-disinn ta’ Renzo Piano fih dehra, bla dubju, anki jekk xi wħud s’issa nsew il-miljuni li ntefqu minn flus il-poplu ħalli dan isir. Iżda hemm biċċa mill-proġett li baqa’ ma tlestiex. Anzi, qatt ma nbeda. Din hi l-librerija tal-Parlament. Kif jgħidu, bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb. Dokumenti rari, uniċi u prezzjużi Il-librerija hija bogħod mill-għajn għax il-post fejn suppost li xi darba tiġi ma jidher minn inkien. Tidher biss il-mina ta’ wieħed mit-truf tagħha, hemmhekk, fil-foss ta’ Bieb il-Belt int u dieħel fuq il-lemin, minfejn qabel, sa l-1929, kienet taħdem il-ferrovija. Il-post intuża bħala xelter fl-aħħar gwerra. Minn dak iż-żmien lil hawn, il-mina baqgħet vojta, qisha ġerha li ma titfieqx. Fil-proġett ta’ Piano, li tlesta bejn l-2011 u l-2015, il-librerija tal-Parlament kellha tiġi eżatt fejn illum naraw il-Parlament ta’ Malta. Għalkemm...