Id-diżkreditu ġurnalistiku

Sa mill-kampanja elettorali Amerikana bejn Hillary Clinton u Donald Trump fis-sajf ta’ sentejn ilu, 2016, beda jidher dejjem aktar ċar f’liema stat tal-biki kien il-ġurnaliżmu tal-pajjiżi żviluppati, fosthom tal-Amerika u l-Ewropa. Trump kellu jikkumbatti speċi ta’ alleanza ġurnalistika kontrih, u għadu jikkumbattiha sal-lum. Għalkemm dan ma kien xejn ġdid, madanakollu wera kemm kienet serja s-sitwazzjoni.

Il-jedd tal-fatti

Is-sitwazzjoni kienet u għadha serja għax ma tistax aktar tafda l-mezzi ġurnalistiċi f’bosta oqsma. Tabilħaqq, kull min kellu għajnejh f’wiċċu u moħħu attent kien jaf li bosta aġenziji ġurnalistiċi kienu, u għadhom, mixtrija. Imma wieħed seta’ jistagħġeb kemm, fil-fatt, kienu mibjugħin b’ruħhom u ġisimhom biex jgħawġu l-aħbarijiet kif iridu huma.

Dan ma ġarax, u ma jiġrix, biss f’rabta ta’ Trump. Jiġri wkoll b’mod sistematiku ma’ mexxejja oħrajn, bħal Vladimir Putin tar-Russja, ma’ Kim Jong-un tal-Korea ta’ Fuq, ma’ Jeremy Corbyn tal-Ingilerra u ma’ bosta oħrajn. L-aġenziji ewlenin tal-aħbarijiet, bħal bi ftehima waħda, jgħawwġu l-aħbarijiet, jinjoraw oħrajn u jonfħu dak li jidhrilhom għall-motivi politiċi tagħhom.

Illum wasalna fi stat li ma tista’ tafda lil ebda aġenzija ġurnalistika ewlenija tal-Punent jekk trid tassew titgħarraf fuq dawn il-mexxejja li semmejt u oħrajn magħhom. Dawn l-aġenziji sfaċċatament jinjoraw il-jedd tagħna li ningħataw il-fatti mingħajr tidwir, u jagħżlu li jbellgħulna l-preġudizzji u l-ġudizzji mxeqilba tagħhom.

Aħbarijiet żbilanċjati

F’Malta esperti ta’ dan. Imma f’Malta aħna żgħar u provinċjali u dawn l-affarijiet tistennihom. Mill-kbar, mill-aġenziji barranin li jippretenduha ta’ serji, ma tistennihiex daqshekk. Imma llum dil-ħaġa, din id-drawwa li dawn l-aġenziji jimmanipulaw b’mod ikrah l-aħbarijiet u saħansitra l-fatti, saret xi ħaġa ‘normali’, mingħajr mistħija u mingħajr ħabi. Saru l-paladuni tal-‘fake news’, l-aħbarijiet imgħawġa.

L-isfaċċaġni ta’ dawn l-aġenziji dehret dan l-aħħar f’rabta mal-aħbarijiet lokali mill-qtil lamentabbli li kellna f’Ottubru li għadda. Għal xi raġuni jew raġunijiet li għadhom mhumiex magħrufa għal kollox, il-biċċa l-kbira tal-aġenziji ewlenin barranin għażlu li jibdew idoqqu diska li ftit tistħarreġ tabilħaqq is-sewwa tal-fatti.

Aġenziji kbar dinjija, bħall-Associated Press, il-United Press International, il-BBC, Reuters u l-Agence France Presse—li jikkontrollaw ħafna u ħafna friegħi tal-medja, inkluż gazzetti, siti tal-Internet, radijiet u televiżjonijiet—mhux biss jidher li m’għamlu ebda sforz biex ixandru aħbarijiet bilanċjati, iżda, bil-kontra, donnhom għamlu deċiżjoni konxja biex ixandruhom żbilanċjati.

Qagħda miskina

Il-biċċa l-kbira tat-tagħrif tagħna fuq id-dinja u x’inhu jiġri fiha jiddependi fuq l-aġenziji ewlenin tal-aħbarijiet. Mhux tagħna biss, imma wkoll ta’ barranin fuqna. Ħafna drabi ma nistgħux nagħmlu mod ieħor għajr li noqogħdu fuqhom ... jew ninjorawhom għal kollox u nibqgħu niexfa mill-aħbarijiet.

Din id-dipendenza tqegħidna f’sitwazzjoni, mhux biss antipatika, iżda wkoll miskina. Li noqogħdu fuq dak li jfettlilhom jgħidu jew ma jgħidux dawn l-aġenziji, li aktar minn darba—anzi, sistematikament—juru li huma mixtrija, hija sfortuna kbira li donnu rridu ngħixu biha.

It-tagħrif huwa saħħa, u tagħrif immanipulat minn dawn l-aġenziji ġurnalistiċi huwa dgħajjef jew nieqes, hija s-saħħa intellettwali tagħna li tbati ... kif fil-fatt qiegħda tagħmel. Dawn l-aġenziji, kif għedt, sirna ma nistgħux nafdawhom. Imma x’jista’ wieħed jagħmel biex jgħaddi mingħajrhom.

Għajb u periklu

B’xorti tajba, illum hawn l-Internet li, xi ftit jew wisq, għadu aċċessibbli għal ħafna u ħafna ilħna li mhumiex ikkontrollati jew immanipulati minn dawn l-aġenziji ewlenin tal-‘fake news’. Wieħed irid jagħmel sforz speċjali biex jiltaqa’ ma’ dawn l-ilħna. Iżda għall-anqas jista’ jsibhom b’xi mod u jingħata aħbarijiet alternattivi.

Din mhijiex kwestjoni li tkun taf il-verità. Għax il-verità kulħadd jgħidha kif jidhirlu hu. Hija kwestjoni li jkollok aħbarijiet xi ftit jew wisq bilanċjali, li jagħtu l-verżjonijiet opposti jew alternattivi, u li ma jkunux iridu bilfors ibellgħulek l-affarijiet mingħajr ma jħallulek spazju jew possibbiltà li tistħarriġhom għall-affari tiegħek.

La aħna ma nistgħu nafdaw l-aħbarijiet li jaslulna minn aġenziji mixtrija bħal dawn, u lanqas m’għandhom il-barranin jafdaw l-aħbarijiet li jaslulhom fuqna mingħandhom. Id-diżkreditu li dawn l-aġenziji waqgħu fih huwa għajb għalihom. Iżda hu wkoll ta’ periklu kbir għad-dritt tal-informazzjoni u għad-demokraziji li drajna ngħixu bihom.

Għal aktar tagħrif, agħfas ix-xbieha t'hawn taħt. Grazzi.

https://www.free-ebooks.net/ebook/The-Chiastic-Structure-of-Peter-Caxaro-s-Cantilena
 

Comments

  1. You're right about this. However one should keep in mind that both before and after 2013, Labour has been deliberately missing plenty of opportunities to denounce and delegitimise the Nationalists based on their atrocious record of violence, human rights violations and blatant thievery and abuse of power regardless of whether or not they happen to be in government. News outlets like Telesur, Amy Goodman, Morning Star (GB), Aftonbladet and il manifesto could only echo the same bias as the major press agencies... because where was the other side of the story? Had non-PN organisations and public intellectuals (I'm looking at you) made any sustained year-on-year effort to counter the lies and misinformation about the experiences of ordinary people blasted 24/7 from the PN propaganda machine, there might have been someone to brief not-necessarily-hostile foreign journalists about the facts on the ground, and more pertinently, about what questions they should be asking. "Cui bono?" and so on.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Even though within Labour circles people were well aware of the PN-organised crime nexus, they have studiously avoided making a public issue out of it. Needless to say, the new government refused to 'lustrate' the PN-organised-crime elements operating within state structures, even telling its constituents to "for get their past grievances and let bygones be bygones", let alone.

      Delete
    2. Then we weep when PN mobster-canvassers carry out a terrorist attack, martyrizing "their" prime propagandist just when it seemed she'd started to lay golden eggs for Joseph Muscat, with the predictable effect of punishing the electorate for daring to entertain such a low public opinion of the PN. Again, here I am raising the Cui bono? question, which is what bona fide investigative journalists should do and should have been doing all along. but alas.

      Delete
    3. "Ghira" alone doesn't explain the behaviour of GUE/NGL deputies, falling in line behind the neo-franquistas and their admirers in the PES. It's also true that Maltese Labour has stringently avoided establishing any dialogue, let alone productive cooperation, with the European Left. Perhaps because the "moderate", "nobghodu l-union" "hbieb ta' Josie" know that the vast majority of the Party's consituency -- and quite a few PN-voters of peasant origin who're trapped within the blue clientelist system -- would, given the opportunity, prefer GUE/NGL-type policies.

      Delete
    4. Skuzawni li nikteb bl-ingliz, imma jien kwazi analfabeta fil-Malti. Mhix haga sabiha.

      Delete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?