L-ilsien Malti f’era diġitali
Artiklu li kiteb il-Ministru Evarist Bartolo lejn il-bidu tas-sena ġibed l-attenzjoni fuq rapport li kien ħareġ fl-2012 fuq l-ilsna dinjija fl-era diġitali. Ir-rapport kien sar fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Ilsna li jiġi mfakkar f’Settembru. Għal dar-rapport ġew mistħarrġa 30 ilsien Ewropew, fosthom il-Malti, biex jiġi magħruf xortihom fl-era diġitali. Dak li ntqal dwar l-ilsien Malti ma kienx sabiħ.
Id-dinja diġitali
Ir-rapport, imħejji minn madwar 200 espert u ddokumentat fi 30 volum, sar minn ġemgħa ta’ 60 ċentru ta’ riċerka mifruxa fi 34 pajjiż differenti. L-istudju tagħhom stħarreġ kemm kellhom appoġġ teknoloġiku bosta ilsna Ewropej. Dal-appoġġ li hu meqjus assolutament meħtieġ fl-era diġitali li qed ngħixu fih biex l-ilsna ma jiddgħajfux jew saħansitra ma jinqerdux għal kollox.
L-istudju stħarreġ erba’ oqsma ewlenin: it-traduzzjoni awtomatika, l-interazzjoni tad-diskors, l-analiżi tal-kitba u l-aċċessibbiltà għal riżorsi lingwistiċi. Il-programmi teknoloġiċi jintużaw, fost affarijiet oħra, biex l-ilsna mitkellma u miktuba jiġu pproċessati eletronikament. Dal-programmi jinkludu l-korrezzjoni tal-kliem u l-grammatika, għajnuniet għall-interazzjoni ċellulari, sistemi ta’ taħdit li jaħdmu fuq it-telefon, sistemi ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi u għodod ta’ tiftix fuq l-Internet. Mingħajr programmi bħal dawn, l-ilsna jissograw li jiddgħajfu jew jisparixxu għal kollox fid-dinja diġitali.
Fost l-ilsna Ewropej meqjusa li għandhom “appoġġ tajjeb”, għalkemm mhux “eċċellenti, hemm l-Ingliż, l-aktar ilsien Ewropew li hu qawwi f’dar-rigward. Dan l-ilsien, fil-fatt, huwa bħalissa t-tielet mitkellem fid-dinja, wara l-Manderin Ċiniż u l-Ispanjol.
Fost l-ilsna Ewropej meqjusa li għandhom “appoġġ moderat” hemm l-Olandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol, u dawk li għandhom “appoġġ frammentarju” hemm il-Bask, il-Bulgaru, il-Katalan, il-Grieg, l-Ungeriż u l-Pollakk.
Investiment serju
L-aħħar kategorija tinkludi l-ilsna Ewropej li għandhom “appoġġ nieqes”. Fost dawn hemm l-Iżlandiku, il-Latviku, il-Litwanju ... u l-Malti. Dawn l-ilsna huma, fil-fatt, meqjusa li huma fl-akbar riskju li, fid-dinja diġitali, ikomplu jiddgħajfu jew saħansitra jinqerdu għal kollox. “Jekk ma jsir xejn b’mod drastiku u immedjat,” jgħid ir-rapport, “kemm l-ilsna b’“appoġġ frammentarju” u wisq aktar l-ilsna b’“appoġġ nieqes” sempliċiment qed jaffaċċjaw l-estinzjoni diġitali.”
L-għawġ ewlieni għala dal-ilsna f’risku kbir ta’ qerda diġitali huwa li relattivament jitkellmuhom ftit nies. ‘Ftit’ sa ċertu punt. Il-Grieg jitkellmuh aktar minn tlettax-il miljun ruħ, il-Katalan aktar minn seba’ miljuni, il-Litwanju mat-tlett miljun, il-Latviku mal-miljun u nofs, il-Bulgaru mal-miljun, il-Bask mat-tliet kwarti ta’ miljun, u l-Iżlandiku man-nofs miljun ... Il-Malti jitkellmu anqas minn dan tal-aħħar.
Minkejja dan-numri, li mqabblin ma’ ilsna oħra jidhru ċkejkna, għawġ ieħor għal dal-ilsna huwa li, mid-dehra, ftit li xejn qed isir investiment fl-istħarriġ u l-ħolqien ta’ programmi eletroniċi suriet in-nies (nieqsa minn difetti serji) biex jiżviluppaw u jkabbru l-appoġġ tagħhom fil-qasam diġitali.
Is-sens ta’ nazzjon
Dan in-nuqqas għandu mnejn jirriżulta f’anqas u anqas ħila biex nikkomunikaw u nikkollaboraw b’ilsienna mal-ġirien Ewropej tagħna. It-teknoloġija lingwistika llum qed tiftaħ ixqfa ġodda u wiesgħa li, jekk nibqgħu sejrin lura fiha, se nitilfuhom għalkollox. It-tagħrif u l-komunikazzjoni diġitali m’għadhomx għażla; huma ħtieġa li ma nistgħux ngħddu mingħajrha.
L-agħar hu li, bid-dgħufija u, għandha mnejn, il-qerda tal-ilsien Malti fid-dinja diġitali, progressivament u gradwalment anqas u anqas nies jispiċċaw jitkellmu dan l-ilsien li tant inħobbu. Dan għax isir eħfef u aħjar li nikkomunikaw b’ilsien ieħor, ngħidu aħna l-Ingliż.
Li jsir sforz ta’ investiment serju f’dan il-qasam—mill-gvern daqskemm, b’inċentivi xierqa, mill-privat—hija ħtieġa li jidher li jenħtieġ li tintlaqa’ b’mod immedjat u b’mod qawwi. M’hemmx għalfejn ngħidu x’riperkussjonijiet serji jista’ jkun hemm fuq is-sena tagħna ta’ nazzjon jekk din l-isfida tintilef.

Comments
Post a Comment