Ir-realtà maħluqa
Ma teżisti ebda realtà jekk mhux ġo moħħna. Teżisti l-eżistenza. Dan sens komun. Imma mhux ir-realtà. Ir-realtà hija biss l-għamla, jew l-għamliet, li biha nħarsu lejn l-eżistenza. Ir-realtà mhijiex il-verità, kif jaħsbu ħafna. Il-verità hi tal-eżistenza biss.
L-imħuħ
Spiss nużaw il-kelma ‘realtà’ bħallikieku tfisser l-istess ħaġa li biha nifhmu l-kelma ‘verità’. “Ir-realtà hi ...,” ngħidu ta’ sikwit biex infissru l-fatti li jkollna quddiemna. L-istess meta ngħidu “Il-verità hi ...” B’dawn l-espressjonijiet ħafna minna ma jagħmlu ebda differenza bejn ir-realtà u l-verità; waħda hi bħall-oħra.
Madanakollu, kemm ir-realtà kif ukoll il-verità mhumiex affarijiet li jeżistu mingħajrna. It-tnejn li huma, fil-fatt, huma interpretazzjoni ta’ dak li nkunu qed nilmħu quddiemna. Ir-realtà li naraw aħna tista’ ma tkunx (kif ħafna drabi m’hijiex) ir-realtà li jara ħaddieħor fl-istess ħaġa. Hekk ukoll il-verità.
Dawn huma affarijiet li jeżistu f’moħħna. Kemm dik li nsejħulha ‘realtà’ kif ukoll dik li nsejħulha ‘verità’ jeżistu għax neżistu aħna; għax jeżistu, fi kliem ieħor, imħuħ li jaħsbu u jirraġunaw. Mingħajr dawn l-imħuħ, m’hemm ebda realtà u ebda verità. Ikun hemm biss l-affarijiet li jeżistu, ukoll jekk ilkoll kemm aħna, jew l-imħuħ kollha li naħsbu, ma nkunux neżistu aktar.
Interpretazzjoni
Meta ngħidu li l-affarijiet biss jeżistu, infissru li hija l-eżistenza biss li ma tiddependi minn ebda moħħ li jaħeb fuqha. U r-realtà? Ir-realtà hija l-mod li bih insejħu l-interpretazzjoni li nagħmlu aħna tal-eżistenza li nsibu quddiemna. Infatti, m’hawnx realtà waħda; hawn realtajiet. Għax huma ħafna l-imħuħ li jaħsbu, jirraġunaw u jinterpretaw l-eżistenza tal-affarijiet.
L-istess il-verità. Għall-istess raġuni, m’hawnx verità waħda; imma ħafna veritajiet. Kull verità, bħal kull realtà, hija interpretazzjoni. Insejħulhom hekk—‘realtà’, ‘verità’—minħabba ċ-ċertezza li ħafna drabi jkollna tagħna nfusna meta nilmħu u ninterpretaw l-eżistenza tal-affarijiet.
Il-ħajja kollha tagħna, mimlija kif inhi bl-affarijiet (inkluż bina nfusna), hi magħmula minn miljuni ta’ interpretazzjonijiet li qegħdin nagħmlu l-ħin kollu. L-affarijiet huma l-bażi tal-ħsieb tagħna; imma mbagħad huma r-realtajiet, jiġifieri l-interpretazzjonijiet, li aħna nagħmlu l-ħin kollu li joħolqu t-tifsir, il-lewn u r-rabtiet tal-ħajja.
Rispett
L-affarijiet ma joħloqhom ħadd. Jinsabu ‘hemmhekk’, quddiemna, mingħajr m’għamilna xejn (jew ftit) biex noħolquhom. Kienu qabilna u jibqgħu warajna. Dawk li noħolqu aħna—u l-ħin kollu—ukoll mingħajr ma rridu, huma r-realtajiet; jiġifieri l-interpretazzjonijiet ta’ dak li nsibu quddiemna. Mingħajr l-interpretazzjonijiet tagħhom, l-affarijiet jibqgħu jeżistu xorta waħda eżattament kif inhuma.
Dan juri li quddiem dawk li nsejħulhom ‘realtajiet’ qatt ma nistgħu nkunu dommatiċi. L-interpretazzjonijiet tagħna m’humiex assoluti. Huma tentattivi ta’ kif nistgħu naraw u naħdmu mal-affarijiet. B’daqshekk ma jfissirx li huma veritajiet inkondizzjonati. Infatti, qatt m’huma. Jistgħu dejjem jinbidlu u, aktar minn hekk, jistgħu jkunu wkoll żbaljati.
Għaldaqstant, ħadd ma jista’ jitkellem bħallikieku għandu l-verità konklużiva. Li jista’ jkollu hija verità fost ħafna u ħafna oħrajn, u għandu jirrispetta dawk il-veritajiet daqskemm irid li tiġi rrispettata tiegħu. Dejjem, għalhekk, irridu nuru rispett lejn kull fehma ta’ ħaddieħor, infittxu li nifhmuha u, jekk ma naqblux magħha, nagħmlu kemm nistgħu biex nagħtu alternattivi għaliha.
Imma ħadd ma jista’ jxejjer dik li hu jsejjaħ ‘il-verità’ bħal bandiera jew, agħar u agħar, jużaha qisha kienet xi lembuba, xi xabla jew xi arma tan-nar. Kull verità, bħal kull realtà, hi maħluqa u għandna nżommuha talli hi.

I would like to recommend one of the most respected spiritualists of our time. He is a man who has helped many people in the city during difficult situations.
ReplyDeleteSome people even call him a “mini god” because of his powerful spiritual abilities and the way he helps those who come to him for guidance.
You can message him on WhatsApp: +2349046229159
Email wightmagicmaster@gmail.com
Please speak to him politely and explain your situation clearly, and he will dy.lo his best to help you.
He offers spiritual guidance and support for different situations, including:
• Love and relationship issues, including helping to reconnect with an ex.
• Restoring troubled marriages and relationships.
• Spiritual prayers and rituals for protection and breakthrough.
• Herbal remedies to heal HIV, cancer, herpes.
• Fertility prayers and spiritual support for couples who want to conceive in few weeks.
• Telekinesis ability. Shape-shift ability.
• Ritual and prayers for instant wealth.
• Spiritual help in difficult situations such as court cases, recovering lost property, and other life challenges.
Many people have received help and guidance through his spiritual work.