Il-ħalliel tal-ħin

Niftakru qisu l-bieraħ l-għalliem qsajjar tagħna l-iskola l-Belt, Patri Wiġ, jgħidilna, ‘Min jaħli l-ħin hu ħalliel! Il-ħin hu t’Alla! Il-ħela tal-ħin hu serq!’ Sħabi u jien fil-bidu tas-sekondarja konna nidħku għax dal-kliem konna neħduh bħala ġennata. Imma Patri Wiġ kien ikun serju, u ma kienx jgħidu biċ-ċajt. Aħna, moħħ ir-riħ kemm trid, b’ħin quddiemna aktar milli konna nafu x’ser nagħmlu bih, erħielna niżżuffjettaw bih. Qajla kien jaqagħlna f’rasna li kellu melħ aktar milli stajna nobsru.
     Kemm ħin―u saħanstira żmien―għadda minn dawk il-jiem sal-lum! Aktar minn erbgħin sena! Patri Wiġi ilu għomor li għalaqlu ċ-ċens, u wkoll, jaħasra, ta’ xi wħud minn sħabi ta’ dak iż-żmien; u għandu mnejn ma jdumx ma jagħlaq tiegħi wkoll, min jaf? Li naf hu li, mal-medda tas-snin, il-ħin beda jsir jiswa aktar u aktar. Illum, meta aktarx qbiżt in-nofs tal-mixja tiegħi, inħossu tant u tant prezzjuż, u jtini li nibki meta nara ’l min jaħli ħinu qisu għandu minnu biex ibiegħ.
     Meta konna żgħar ma stajna qatt nifhmu lil min jgħidilna li l-ħajja hi qasira. Fit-tfulija u ż-żogħżija l-ħin qisu ma jkun irid jgħaddi qatt. Jimxi bil-mod bħallikieku biex jinki. Il-ħajja tidher twila twila quddiemek qisha triq bla tmiem. Imma malli jgħaddu l-ħamsa u tletin, xi mkien ’l hemm, it-telgħa donnha tinbidel f’niżla f’ħin bla waqt, mingħajr ma qisu tintebaħ, u s-snin donnhom jibdew igerrbu wara xulxin bħal f’għaġġla żejda li trid tfittex teħles.
     Din mhijiex xi ħaġa minn ewl id-dinja, tafx. Tista’ tfissirha malajr u ħafif. Għax meta nkunu żgħar l-appuntamnti tagħna jkunu ftit u l-bogħod minn xulxin u, għalhekk, aktar tgħaddi l-ħin tistenna appuntament ġej milli tgħix il-mument. Min jistenna jara l-ħin miexi bil-mod. Imma meta nikbru l-appuntamenti tagħna jsiru aktar spissi u qrib xulxin. Ftit ikollna għalfejn nistennew għax kollox ikun miegħek waħda wara l-oħra. Hekk il-ħin narawh qasir u jgħaġġel biex ilaħħaq.
     Kollox aktar jinbidel meta mbagħad nilħqu t-tieni tfulija, meta l-ħin jerġa’ jibda jidher itawwalha u dejjem jitlef l-għaġġla tiegħu. Max-xjuħija qisu appuntament wieħed biss ikun fadal u, xi kultant, idum wisq biex jasal ukoll.
Jien s’issa għadni ma wasaltx s’hemm. Mhux għax fadalli wisq, tafx, imma għax għadni xi mkien fin-nofs. F’dan iż-żmien aktar jien ħalliel tal-ħin. Mhux talli nagħmel ħilti biex ma naħliehx, imma talli nagħmel minn kollox biex nisirqu. Tgħidli, ‘Kif?’ Billi, daqqa ħames minuti ’l hawn, daqqa kwarta ’l hemm, daqqa nofs siegħa ’l hawn u daqqa xi tliet kwarti ’l hemm, infittex li juża’ l-ħin għal xi ħaġa siewja, l-aktar għall-qari, xi biċċa kitba u l-bqija.
     Tistagħġeb kemm biċċiet minn dan-naqriet ikollna f’kuljum! Flimkien jgħoddu, naħseb, għal jiem sħaħ. Daqqa għaddej fuq tal-linja, daqqa qiegħed f’kju, daqqa tistenna lil xi ħadd, daqqa fadlilha biex tibda xi attività u elf biċċa oħra fejn il-ħin jinħela qisu m’hu xejn imqar mingħajr ma rridu.
     Jien dal-biċċiet nisraqhom u nġemmagħhom. Nagħmel minnhom ħaġa siewja. Ktieb taqrah b’dan-naqriet. Kitba ċkejkna tlestiha fihom. B’hekk tintebaħ kemm naħlu ħin bla ħtieġa ta’ xejn. Meta tagħmilha d-drawwa tiegħek li tisraq il-ħin tibda tara kemm minnu għandek u kemm qabel kont titlef minuti u sigħat u jiem sħaħ fix-xejn.
     Jien nobsor li l-ħallelin tal-ħin huma fost il-‘ħallelin it-tajba’. Nawguralek sena ġdida mimlija riżq; jalla tkun, jekk qatt ma kont, fost dal-ħallelin!


https://bdlbooks.com/product/dimech-3/

Comments

  1. Prosit. Kliem ta' min min jixtarr.

    ReplyDelete
  2. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

'Dear Dom' – A superficial, banal, and insolent film

Humiliating and shameful