Il-ħniena lis-sid

Fl-innu nazzjonali li Dun Karm kiteb fl-1921, bħala parti mit-talba lil Alla, fit-tieni strofa daħħal il-kliem, “Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ’l-ħaddiem”. Huma kliem li mhux dejjem għoġbu lil kulħadd. Fis-sebgħinijiet, meta l-istat soċjalista kien qed jiġi f’tiegħu, kien hemm min fl-entużjażmu tiegħu ried ibiddilhom. “Ma kienx hemm għalfejn,” irraġuna, “li nibqgħu nitolbu li s-sid ikollu ħniena, għax issa,” kompla jsostni, “l-istat se jara li l-ħaddiem jitħares minn min jista’ jisfruttah”.

Sfruttament

Għalkemm din hi xewqa sabiħa—jiġifieri li kull ħaddiem ikun imħares kif imiss minn min jita’ jisfruttah—qatt ma jista’ wieħed jgħid li għandu rasu mistrieħa minn dan il-lat. Iva, għadna sal-lum naraw u nisimgħu b’ħaddiema sfruttati ... jekk mhux ħaddiema Malta, jista’ jkun ħaddiema barranin. Xorta waħda ħaddiema jibqgħu.

Hawn min f’Malta u f’Għawdex qed jisfrutta l-ħaddiema barranin bħallikieku kienu anqas minn ħaddiema oħra fil-ġieħ, id-dinjità u l-istat legali. Dan huwa abbuż. Huma moralment ħażin – jiġifieri hu dnub. Huma wkoll etikament ħażin – jiġifieri kulħadd hu fid-dmir li ma jagħmlux. Kulmin iżomm lilu nnifsu bħala deċenti, u kulmin jgħid li hu nisrani, ma jistax jisfrutta l-ħaddiema barranin li hawn fostna.

Hawn min lill-ħaddiema barranin mhuwiex qed iħallashom biżżejjed għall-ħin ta’ xogħol li jagħmlu. Hawn min qed iħallashom anqas mill-ħaddiema Maltin li jagħmlu l-istess xogħol. Hawn min qed jikri griebeċ lil għadd imdaqqas ta’ ħaddiema barranin biex jgħixu fihom qishom kotx klieb. Hawn min qed iraqqad lill-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol u jġegħlhom jaħdmu ħafna aktar minn tmien sigħat kuljum bi ħlas xott.

Kooperazzjoni

Dawn huma affarijiet immorali u inetiċi – jiġifieri, biex niftiehmu aħjar f’sens nisrani, huma dnub, u dnub gravi. L-isfruttament tal-ħaddiema—huma min huma, imma b’mod partikulari tal-barranin li m’għandhomx ħajt ta’ kenn—mhuwiex iġġustifikat lanqas meta l-istess vittmi joqogħdu għall-isfruttament u ma joġġezzjonawx għalih.

Hawn f’Malta u f’Għawdex min, għax il-ħaddiema barranin ma jgħidu xejn, u qishom joqogħdu għal kollox, jidhrilhom li mhuwiex daqshekk ħażin li iqegħidhom kif irid u jġegħilhom jagħmlu kulma jrid. Anki bil-kooperazzjoni tal-vittmi, id-dnub tal-isfruttament jibqa’ dnub.

Il-ħaddiema barranin joqogħdu għal ħafna umiljazzjonijiet għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor. Hu dmir kulħadd li jagħmel il-ħajja tagħhom fostna tajba u sabiħa bħalma rridu li tkun tagħna nfusna. Dan hu dmir uman daqskemm hu dmir nisrani. Ma jistax wieħed jivvinta morali għalih, imbagħad jgħid li hi nisranija jew konformi mad-dinjità umana.

Rapporti

Hawn min ivvinta moralità oħra ma’ din li qed insemmi, jiġifieri li ma jagħtix kas jekk jara l-isfruttament, jew jisma’ bih, għax ma jridx li jindaħal jew jiddaħħal fl-inkwiet. L-ewwel nett, hemm diversi mod kif wieħed jista’ jirrapporta abbuż jew sfruttament mingħajr ma jidher hu. It-tieni, kulmin jara abbuż jew sfruttament qed isir, għandu d-dmir li jirrapportah.

F’termini nsara, kulmin ma jirrapportax abbuż jew sfruttament, ikun kompliċi tal-ħażen li jara u, f’dan is-sens, jagħmel dnub daqs min ikun l-awtur ewlieni tiegħu. Wieħed ma jistax, jekk hu ċittadin tal-affari tiegħu jew nisrani prattikanti, li ma jirrapportax l-abbuż ta’ xi ħadd ieħor jew l-isfruttament tiegħu.

Iva, it-talba “rodd il-ħniena lis-sid” għadha tgħodd għal-lum kif kienet tgħodd dejje, u kif aktarx tibqa’ tgħodd għal dejjem. Għax dejjem se ssib sfruttaturi; dejjem se ssib min ikollu joqgħod għall-abbuż ta’ ħaddieħor. It-talba hija wkoll impenn biex kulħadd, kull wieħed u waħda minna, jagħmel id-dmir tiegħu u tagħha li jiddefendi l-ħaddiem, hu min hu, Malta, Għawdxi jew barrani.


https://bdlbooks.com/product/dimech-3/

Comments

  1. memepoe-bu Rob Paigude download
    candodipat

    ReplyDelete
  2. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

'Dear Dom' – A superficial, banal, and insolent film

Humiliating and shameful