Tinsiex lil ta’ ġewwa


Ħafna nies jgħidu li għandhom karità u ħniena għad-dinja kollha, imbagħad jinsew lin-nies ta’ ġewwa darhom. Il-karità u l-ħniena, jekk ma jibdewx b’dawk li huma l-aktar qrib tiegħek, jew, agħar minn hekk, jekk jaqbżu u jevitaw lil dawk li huma l-aktar qrib tiegħek u dawk li jgħixu miegħek f’darek, allura juru fid-dieher kemm huma vojta, foloz u morda.

L-abbuż komuni

L-imħabba u l-ħniena huma s-sentimenti li l-aktar li jagħżlu lill-bniedem mill-bqija tal-ħolqien. Dawn huma stati psikoloġiċi u emozzjonali li jagħmlu lill-bniedem ’il fuq min-natura. Xi wħud jgħidu li b’dawn jipperfezzjona n-natura. Għandu mnejn. Żgur li bihom kull bniedem juri x’inhu, huwiex miftuħ lejn l-oħrajn jew magħluq fih innifsu.

Minkejja li huma l-aktar virtuwijiet sbieħ, l-imħabba u l-ħniena minn dejjem kienu l-aktar abbużati fl-istorja tal-bniedem. Għax f’isem l-imħabba u l-ħniena saru attroċitajiet bla qies. Il-bniedem li jaf jilagħbha li jħobb jew li hu ħanin għandu l-ħila jdaħħal lill-oħrajn fil-but u jagħmel bihom li jrid.

Dan l-abbuż komuni ma jneħħi xejn mis-sbuħija tal-imħabba jew tal-ħniena meta huma awtentiċi u ġenwini. Imma biex ikunu hekk, irid ikunu universali, jiġifieri għal kulħadd, mhux bl-għażla. Għax l-imħabba u l-ħniena mhumiex sempliċiment azzjonijiet li bniedem jagħmel; huma stat li fih ikun jinsab. Mhux “iħobb lil ...” jew “ikollu ħniena minn ...”, imma biss “bniedem li jħobb”, “bniedem li jħenn”.

Il-provi tal-awtentiċità

Id-dinja tal-bnedmin hi sabiħa minħabba l-imħabba u l-ħniena. Imma l-imħabba u l-ħniena huma stati li l-bniedem jitgħallem minn ta’ madwaru. Qabel xejn dan juri r-responsabbiltà tal-ġenituri, it-tuturi, in-nanniet u l-bqija li jgħallmu liż-żgħar l-arti tal-imħabba u l-ħila tal-ħniena. Juri wkoll, però, li jista’ jkollok nies li, bħal kull sengħa oħra, jaħsbu li jafuhom mingħajr ma jkunu.

Dan speċjalment għax l-imħabba u l-ħniena ma titgħallimhomx f’salt; titgħallimhom maż-żmien. Titgħallimhom sepeċjalment fil-kuntrarjetà. Kulħadd baħri fil-port. Il-ħila tintwera fuq baħar imqalleb. Kulħadd jaf iħobb lil hu simpatiku jew simpatika, u kulħadd jaf iħenn għal min hu doċli. Imma l-iebes hu li tħobb lil min ma jistħoqqlux; li tħenn għal min ma jistħoqqlux.

Anzi, hawn l-provi tal-imħabba u l-ħniena, u tal-awtentiċità u l-ġenwinità tagħhom. Tħobb u tħenn fil-kuntrarjetà, tħobb u tħenn lil min ma jistħoqqlux għajr mibegħda u moħqrija, hawn hija l-vera prova tan-nar għall-imħabba u l-ħniena. Min iħobb lil min jistħoqqlu mħabba xi ħlas jistħoqqlu jew jistħoqqilha? U l-istess min iħenn għal min jistoqq il-ħniena.

L-ewwel lil dawn

Huwa għalhekk li ħafna nies jinsew jew jinjoraw lin-nies ta’ darhom stess. Lil dawn jafuhom; jaf kemm għandu mnejn ma jistħoqqilhom l-imħabba jew il-ħniena. Jafu l-istejjer tagħhom, il-karattri tagħhom. Hu għalhekk li jridu jħobbuhom aktar minn ħaddieħor. Aktar ma jidhrilhom li ma jistħoqqilhom l-imħabba jew il-ħniena, aktar iridu jħobbuhom u jħennu għalihom minn ħaddieħor.

Mhux bil-kontra. Għax bil-kontra juri li bniedem ma jafx iħobb u ma jafx iħenn. Juri li l-imħabba u l-ħniena tiegħu huma paraventu, mhux stati xejn. Juri li das-sentimenti huma ivvizzjati u m’għandhom xejn awtentiku u ġenwin.

L-ewwel ħobb u ħenn lin-nies ta’ darek; lil ta’ ġewwa la tinsihomx. Huwa hawn fejn trid turi l-ħila tiegħek; hawn fejn turi l-ġenwinità tiegħek; hawn fejn jixgħelu l-virtuijiet tiegħek. L-ewwel lil dawn, imbagħad lil ħaddieħor. L-ewwel lil dawn.




Comments

  1. Bet365 mobile app: download and registration guide (2021)
    Bet365 Mobile app: download and registration guide (2021). Mobile app: 화성 출장샵 download and 경산 출장안마 registration guide (2021). Mobile app: 제주 출장샵 download and registration guide (2021). Mobile app: download and registration guide (2021). Mobile app: download 전라남도 출장마사지 and registration guide (2021). 포천 출장샵

    ReplyDelete
  2. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

'Dear Dom' – A superficial, banal, and insolent film

Humiliating and shameful