Annimali domestikati u nies oħra (6)


Id-domestikazzjoni mhijiex invinċibbli. Tista’ tintrebaħ, u għandha tintrebaħ. Mhuwiex meħtieġ li l-individwi jibqgħu mjassra għal dejjem. Tabilħaqq, dan ma jistax ikun faċli. Imma ċertament hu possibbli. Kull taħriġ, minħabba n-natura artifiċjali tiegħu, jista’ jintradd lura u minfloku mqiegħed taħriġ ġdid.

Il-bniedem il-ġdid

L-ewwel pass għall-ħelsien mid-domestikazzjoni huwa li wieħed jew waħda jsiru konxji tiegħu. Dan l-ewwel pass hu diffiċli daqskemm hu fundamentali u kruċjali. Malli l-bniedem jinfetħulu għajnejh għad-domestikazzjoni li jkun ġarrab, allura jkun beda mingħajr ma jintebaħ it-triq li tista’ tieħdu lura d-dar, it-triq tal-ħelsien tiegħu nnifsu, it-triq li biha jerġa’ jiskopri s-sbuħija li kellu sa mill-bidu.

Meta bniedem jintebaħ bid-domestikazzjoni tiegħu ma jista’ jibqa’ l-istess. Jibda jara fih innifsu u madwaru dawk is-suriet u l-għamliet kollha li ntużaw għal dan l-għan, kif ukoll jara ma’ kullimkien is-sinjali koroh tad-domestikazzjoni. Din jibda jagħrafha talli hi, mhux talli qalulu li hi, u jibda jsejħilha b’isimha. Meta jiġri dan, il-bidu tal-qerda tagħha tkun fil-qrib.

Mal-għarfien tad-domestikazzjoni jiġu, l-ewwel nett, fis lura l-ġibda għal dak kollu li l-bniedem seta’ kellu qabel ma beda jiġi ddomestikat, u wkoll, wara, tiġi wkoll l-istmerrija għal dak kollu li qered dak li l-bniedem kellu. Mal-għarfien, il-bniedem il-qadim jibda’ jixxennaq għall-bniedem il-ġdid. Il-bidla tkun bdiet isseħħ.

It-tiġdid

Hawnhekk jibda x-xogħol il-kbir tat-tiġdid, jiġifieri jibda x-xogħol biex dak li l-bniedem kellu qabel ma d-domestikazzjoni biddlitu għall-iskopijiet ta’ ħaddieħor, jiġi irrestawrat u mqiegħed fil-post ewlieni li kellu. Mal-għarfien jibda l-veru xogħol iebes li l-bniedem imgħarraf jeħtieġ li jieħu fuqu nnifsu biex jerġa’ jsir lilu nnifsu u l-ġmiel tal-individwalità tiegħu.

Dax-xogħol jitlob żewġ ħwejjeġ ewlenin: it-tneħħija jew il-qerda tal-effetti tad-domestikazzjoni, u, ma’ dan, it-tqegħid flokhom ta’ drawwiet ġodda. Huwa xogħol li jeħtieġ li xi affarijiet jinħattu waqt li oħrajn jinbnew; żewġ movimenti ta’ xogħol li jsiru fl-istess waqt, mhux suċċessivament. Filwaqt li ssir il-waħda, issir ukoll l-oħra.

Dax-xogħol hu iebes għax mhuwiex lineari, jiġifieri mhux dejjem jimxi ’l quddiem f’linja dritta, u saħansitra mhux dejjem jimxi ’l quddiem. Kemm-il darba l-bniedem li jiddeċiedi li jżarma l-qadim biex floku jibni l-ġdid, isib li l-qadim reġa’ inbena kważi kważi mingħajr ma jaf kif, u li dan jeħtieġ jerġa’ jibda jinħatt mill-ġdid.

Il-ġlieda t-tajba!

Dax-xogħol ta’ tiġdid jieħu s-snin. Għala? Għax id-domestikazzjoni, li tkun saret tieni natura, hu diffiċli ħafna, għalkemm mhux impossibbli, li tintradd lura u li l-effet tagħha jinħattu. L-għeruq moħbija u mifruxa tagħha jerġgħu jinbtu hekk kif jibqa’ mqar biċċa ċkejkna minnhom; jieħdu r-ruħ minkejja l-ġlieda kontrihom.

Il-ġlieda kontra d-domestikazzjoni ma tintemm qatt. Dan m’għandux jaqta’ qalb xi bniedem. Minkejja x-xogħol iebes għat-tiġdid tal-individwalità, u minkejja li l-ġlieda ma tintemm qatt, ebda bniedem m’għandu jitlef it-tama, għax kull pass huwa rebħa. Minkejja x-xogħol ma jiġi fi tmiemu qatt, kull rebħa ċkejkna fuq id-domestikazzjoni tagħna hija trijonf.

Dil-ġlieda hija t-tama ta’ kull bniedem, u t-tama tal-umanità. Mingħajrha r-rebħa tad-domestikazzjoni u l-istituzzjonijiet kollha li jgħinuha tkun sħiħa, u kull individwalità tkun meqruda. Minn hawn tiġi l-qdusija ta’ dil-ġlieda, għax trodd lill-bniedem dak li kellu sa mill-bidu, qabel inħakem mill-ħażin.

Annimali domestikati jeżistu u jibqgħu jeżistu. Imma daqstant ieħor jeżistu nies meħlusin minnha, u nies, bħalek, li jridu jinħelsu minnha. Il-ġlieda t-tajba!




Comments

  1. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

'Dear Dom' – A superficial, banal, and insolent film

Humiliating and shameful