Posts

Ċassi aktar minn ħajt

Image
Xi wħud mill-monumenti nazzjonali Dan l-aħħar sibt l-okkażjoni biex inżur it-tliet monumenti li saru għal Gwido Demarco, Ċensu Tabone u Duminku Mintoff ... u ma qaluli xejn! Mhux għax stennejt li l-bronz jitkellem, għax naf li s-soltu dan ma jagħmlux, ... imma l-arti tagħhom iva. Iva, stennejt li l-arti tal-monumenti tgħidli xi ħaġa dwar it-tliet persunaġġi. Kulma sibt kienu figuri ċassi li jħalluk kiesaħ u biered daqs il-bronz li jsawwarhom. Il-lingwaġġ artistiku Inzertajt kont xi ftit jew wisq naf lit-tlieta min-nies li għalihom saru l-monumenti. Tkellimt magħhom kemm-il darba u, għalkemm kienu lkoll akbar minni ħafna fl-età, diversi drabi ħadu l-ħin u l-paċenzja li jitkellmu miegħi. It-tlieta kienu nies li nirrispetta. Wieqaf quddiem il-monumenti tagħhom, bħal donnu stennejt li se nilmaħ xi ftit minn dak id-dinamiżmu, is-simpatija, l-intelliġenza u l-affibbilità li lkoll kellhom b’modi differenti. Stennejt li, għal ġenerazzjonijiet ġejjiena, kien se jitħalla xi xrara mill...

Kuba tirtab?

Image
Xahar ilu, fis-17 ta’ Diċembru, il-President Amerikan Barak Obama għamel stqarrija li għaġġbet lil kulħadd. Ħabbar li kien se jniedi politika differenti fir-rigward ta’ Kuba, politika ta’ ‘normalizzazzjoni’ bejn iż-żewġ pajjiżi. L-aħbar intlaqgħet kemm b’ferħ minn miljuni ta’ nies, fosthom Kubani, iżda wkoll b’dehxa minn miljuni oħrajn, partikularment Konservattivi. Bosta oħrajn raw fl-aħbar il-bidu tat-tmiem ta’ Kuba. ‘Normalizzazzjoni’ Fost ħwejjeġ oħra, Obama qal li, sehem qawwi fid-deċiżjoni tiegħu, kienu tawh żewġ ittri li l-Papa Franġisku kiteb fis-sajf ta’ qabel, waħda lilu, u l-oħra lil Raul Castro, il-mexxej ta’ Kuba. Fl-ittri tiegħu, il-Papa b’mod mill-aktar sempliċi ħeġġeġ liż-żewġ kapi tal-Istat sabiex jersqu lejn xulxin, iġibu fi tmiemu l-konflitt twil ta’ bejniethom, u jfittxu xi tip ta’ relazzjoni paċifika. Obama ħa x-xoqqa f’moxtha u ta bidu għal sensiela ta’ attivitajiet minn wara l-kwinti sabiex l-Amerika ‘tinnormalizza’ r-relazzjoni tagħha ma’ Kuba. Dan tal-a...

Erġajna koppi?

Image
Disat ijiem ilu, fit-2 tax-xahar, il-President Barak Obama impona sanzjonijiet ekonomiċi fuq il-Korea ta’ Fuq minħabba li l-awtoritajiet f’dan il-pajjiż allegatement issabutaġġjaw is-sistemi tal-komputer tal-kumpanija Amerikana ‘Sony Pictures Entertainment’. Jingħad li dan għamluh minħabba film dwar pajjiżhom li l-kumpanija kienet se toħroġ għaċ-ċinema. Film u theddid Fi ftit kliem, l-istorja tal-film tittratta dwar żewġ ġurnalisti televiżivi Amerikani li ġiethom l-opportunità unika li jintervistaw lill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, ġewwa Pjongjang (il-belt kapitali tal-pajjiż). Is-CIA (iċ-ċentru ta’ spjunaġġ Amerikan) ma ħamilx, u ngaġġja lill-ġurnalisti biex, waqt li jkunu wiċċ imb’wiċċ ma’ Jong-un, joqtluh. Il-film, bl-isem ‘L-Intervista’, kellu jibda jintwera fiċ-ċinema nhar il-Milied li għadda. Iżda fit-22 ta’ Novembru ta’ qabel, xi ħadd (imsejjaħ ‘Gwardjani tal-Paċi’) daħal illiċitament fis-sistemi tal-komputer tas-‘Sony’, tefa’ virus li mblokka s-sistemi kollha,...

Xibka ta’ abbużi, ħabi u qerq

Image
Xahar ilu, eżattament fit-3 ta’ Diċembru li għadda (2014), is-Senat Amerikan xandar il-konklużjonijiet ta’ rapport li għamel kumitat magħżul tiegħu (immexxi mis-Senatur Dianne Feinstein) dwar il-metodi ta’ interrogazzjoni li tuża l-Aġenzija Ċentrali ta’ Informazzjoni Amerikana (magħrufa bħala ‘CIA’). Dak li sab il-kumitat hu xokkanti u inkwetanti. Il-konklużjonijiet juru li s-CIA hi mħabbla f’xibka ta’ abbużi, ħabi u qerq konsistenti. Is-CIA fid-dinja Dan ir-rapport u l-konklużjonijiet tiegħu mhumiex ta’ interess għall-Amerikani biss. Xejn minn dan. Huma ta’ interess għal kulħadd fid-dinja. Għax l-Amerika hi mdeffsa kullimkien; f’kull rokna tad-dinja, inkluż f’pajjiżna stess. Is-CIA, bħala l-aġenzija li tagħmel il-biċċa l-kbira tax-xogħol maħmuġ tal-Amerika, tikkonċernana direttament. Għax l-idejn twal tagħha jwasslu safejn lanqas nistgħu biss nimmaġinaw. Min-natura stess tax-xogħol tagħha, is-CIA taħdem b’mod sigriet. Ma tarahiex. Ma tismagħhiex. Ma tħosshiex. Qisha kankru sie...

Id-disperazzjoni tal-imsakkra

Image
Hu faċli ħafna f’dawn il-ġranet li l-familji jinġabru fl-għożża tal-qraba li tinsa lill-mijiet, l-eluf u l-miljuni li, Milied u mhux Milied, sena ġdida jew mhux, jgħixu fid-disperazzjoni li xeħtithom ix-xorti jew ħaddieħor: nies il-ħabs, nies refuġjati, nies bla art, nies bla dar, nies bla patrija, nies fi gwerra, nies bla familja, nies ippersegwitati, nies bil-ġuħ, nies bil-mard. Nies bħali u bħalek. Gratitudni Dawn in-nies kollha jinsabu b’xi mod jew ieħor imsakkra f’sitwazzjonijiet li minnhom m jistgħux joħorġu kif ġieb u laħaq. Ħafna drabi jiddependu minn ħaddieħor biex jeħilsuhom, ħaddieħor li, aktar iva milli le, hu indifferenti għall-hena tagħhom. Jinsabu f’sitwazzjonijiet li jgħalquhom f’morsa ta’ disperazzjoni kerha. Ma ngħidlekx dan biex intelliflek il-gost ta’ dawn il-jiem ta’ festa. Ngħidulek biss biex ma tinsiex li, waqt li int u jien għandna x-xorti li ngawdu l-familja u l-ħbieb bil-kwiet, hemm ħaddieħor, tad-demm u l-laħam bħali u bħalek, li din ix-xorti m’għandu...

Il-miġnuna mħabba

Image
MEDITAZZJONI GĦAL ŻMIEN IL-MILIED Min m’għandux il-Milied f’qalbu, m’għandu ebda Milied. Il-Milied—u ebda prattika reliġjuża oħra, wara kollox—mhijiex dwar sentimentaliżmi, romantiċiżmi, reliġjoniżmi, liturġiżmi jew devozzjonaliżmi. Li Alla tlaħħam fil-persuna ta’ bniedem tisfida kull raġuni ta’ min ma jaf xejn dwar x’jiġifieri l-ġenn tal-imħabba u dwar l-imħabba tal-ġenn. L-empiriċista, iċ-ċiniku, il-loġiċista, ix-xettiku, ir-razzjonalista, il-misantropu jew ix-xjenzjalista ma jista’ qatt jasal biex jibda jifhem x’hemm moħbi f’din il-wirja ta’ mħabba. Il-Milied jista’ jagħarfu biss min jaf iħobb lil hinn mill-fatti, mill-evidenzi, mill-provi u miċ-ċertitudnijiet. Il-Milied mhuwiex parti mill-fasla ta’ ħsieb ta’ min jehda biss bil-possibbli. Lanqas mill-qafas ta’ lingwaġġ li jieqaf biss sax-xfar tal-immaġinabbli. Il-Milied jgħid storja li ma tistax isseħħ, li m’għandhiex tkun, li hi ddestinata għad-diżastru, li hija traġika sa mill-bidu. Dan, l-imħabba biss tista’ tagħarfu, uk...

Koalizzjoni mmermra?

Image
Riżenja waħda ma tkissirx koalizzjoni. Lanqas ma tkisser gvern. Anzi, xi wħud isostnu li jiġri bil-kontra. Jaqbel jew ma jaqbilx miegħu għal kollox, il-‘basket imħallat’ ta’ ideoloġiji politiċi li wassal lill-Partit Laburista biex jikseb is-setgħa governattiva ma kienx jiddependi, la fuq bniedem wieħed, wisq anqas fuq kompromessi sforzati li ma jħallux lok għal deċiżjonijiet iebsa. Il-‘kultura tar-riżenji’ Ir-riżenji amminsitrattivi riżultat ta’ responsabbiltà politika dejjem iġibu xi ftit tax-xokk fil-gżejjer Maltin. M’aħniex imdorrijin bihom u bosta drabi, minħabba l-istil ta’ politika li nagħmlu, lanqas ma nifhmuhom għal kollox. L-hekk imsejħa ‘kultura tar-riżenji’, li fl-Ewropa hi materja ta’ kuljum, fostna ma teżistix wisq. Aktarx m’għandux ikun hekk. Anzi. Jekk wieħed iqis id-diskors taż-żewġ partiti ewlenin, mhux biss illum, iżda għal għexieren ta’ snin, wieħed jaħseb li hawnhekk għandna ‘kultura’ jew attitutudni li tiffavorixxi ir-responsabbiltà politika li tagħmel ir-r...